L-aħwa Degiorgio b'passat imċappas b’reati 'stil mafjuż'

Rapporti jindikaw li l-Pulizija għandhom evidenza li torbot lil aħwa mat-telefonata li qatlet il-DCG

L-operazzjoni konġunta tal-bieraħ mill-Forzi tal-Ordni Maltin
L-operazzjoni konġunta tal-bieraħ mill-Forzi tal-Ordni Maltin

Il-Pulizija għandha evidenza konkreta li torbot l-aħwa Degiorgio mat-telefonata mortali li kkaġunat il-mewt  makabaru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. L-evidenza tinkludi wkoll informazzjoni tal-żona u l-ħin preċiż ta' meta saret din it-telefonata  Dan skont rapport fil-ġurnal Times of Malta.

Sorsi viċin il-Korp tal-Pulizija żvelaw mal-ġurnal li fil-passat, l-aħwa kienu f’ċentru ta’ diversi investigazzjonijiet kriminali fosthom b’reati stil Mafjuż.

B’mod partikolari, l-marki tas-swaba ta' Alfred kienu nstabu fuq oġġetti relatati ma' serq ta' vann tal-Group 4. Iż-żewġt' aħwa kienu wkoll imsemmijin fil-qorti, waqt il-kumpilazzjoni ta’ evidenza fil-każ kontra  l-eks spettur David Gatt, li allegatament kien involut fis-serqa tal-Bank HSBC lura fl-2010.

George Degiorgio, kien involut ukoll f’diversi każijiet ta' pusses ta' armi, droga u anke oġġetti wżati biex jinfetħu serraturi tad-djar. Alfred huwa magħruf bħala l-'Fulu' u ħuħ George bħala ċ-‘Ċiniż'.

L-aħwa Degiorgio, huma fost l-10 persuni li ġew arrestati mill-Pulizija lbieraħ filgħodu. Sorsi qrib l-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, żvelaw ma' dan is-sit illi dawn it-tnejn huma s-suspettati ewlenin fil-każ, għalkemm mhux mgħaruf jekk m'humiex il-mandati tal-att li wassal għall-qtil ta' Caruana Galizia 

Iktar kmieni ilbieraħ l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Pulizija kienet arrestat 10 minn nies f'operazzjoni li bdiet kmieni dalgħodu fil-marsa, Buġibba u Ħaż Żebbuġ. 

Intant ARA l-filmat miġbud mil-forzi tal-Ordni Maltin waqt l-operazzjoni fil-menqa tal-Marsa.

More in Politika