Droga f’San Pawl il-Baħar

3 irġiel arrestati

It-3 irġiel arrestati mistennija jitressqu l-Qorti dalgħodu
It-3 irġiel arrestati mistennija jitressqu l-Qorti dalgħodu

‘Il fuq minn kilogramma (1320 gramma) raża tal-kannabis, madwar 440 gramma ħaxixa tal-kannabis, 100 gramma trab abjad suspetta kokajina, madwar għaxar pilloli suspettati ecstasy u għaxar dożi suspettati LSD inqabdu ilbieraħ filgħaxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta` Kontra id-Droga wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet intesivi mill-istess skwadra.

Is-sustanza nstabet wara li sar raid ġewwa appartament f’San Pawl il-Baħar fejn ġew arrestati diversi persuni, fosthom Malti ta` 23 sena, Bulgaru ta` 22 sena u Ingliż ta’ 22, ilkoll residenti fl-istess lokalita’.

Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Giovanni Grixti LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

It-tlett persuni, ilkoll ta’ sess maskili mistennija jitressqu l-Qorti dalgħodu.

Aktar stħarriġ mill-Pulizija għadu għaddej. 

More in Kronaka