Missier jgħallem lil ibnu ta’ 10 snin isuq

Il-Pulizija msejħa biex jintervjenu u se jittieħdu passi fil-konfront tar-raġel

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Dalgħodu l-Pulizija ġew informati fuq każ mhux tas-soltu meta persuni li kienu qrib l-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali raw karozza tinstaq minn tifel żgħir u ħdejh kien hemm raġel.

Fi ftit minuti waslu fuq il-post il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit fejn sabu karozza Toyota Vitz li kien qed jagħmel użu missier biex jgħallem lil ibnu ta’ 10 snin isuq.

Raġel li kien fl-inħawi qal lil illum.com.mt li l-Pulizija waslu fi ftit minuti u li għalkemm dak il-ħin il-karozza kienet wieqfa, diversi persuni li kienu preżenti kkonfermaw dak li kien qed jagħmel dan ir-raġel.

Huwa mifhum li l-Pulizija tad-Distrett mill-Għassa tar-Rabat komplew jistħarrġu dan l-abbuż fejn jidher li l-Pulizija se jkunu qed jieħdu passi kontra l-missier.

More in Kronaka