(AĠĠORNAT) Iċ-Ċiklist li ttajjar f'Ħaż-Żebbuġ m'għadux fil-periklu tal-mewt

Inċident li seħħ Ħaż-Żebbuġ

Illum għall-ħabta tat-7.50am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq L-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ deher li għal xi raġuni, ċiklist li kien qed idur mar-roundabout, li tagħti għal Ħal-Qormi ġie mgħaffeġ mill-karrozza meta jingħad li ix-xufier tal-karrozza ma rax liċ-ċiklist li kien mgħotti bejn il-pilastru u l-mera tal-karrozza. Il-vettura tal-għamla Toyota Hilux (pickup) kienet qiegħda tinstaq minn Carmelo Galea ta’ 77 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Iċ-ċiklist hu Anthony Micallef minn Ħaż-Żebbuġ li għandu 64 sena u residenti l-Belt Valletta ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.  Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke LL.D, flimkien mal-Prokuratur Legali Mario Buttigieg, it-Tekniku Joe Zammit, it-Tabib Forensiku Mario Scerri, l-Ispettur Kylie Borg, l-Ispettur tad-Distrett u l-Perit Richard Aquilina li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka