Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Filmat | Kif u għalfejn waqgħet it-tieqa tad-Dwejra

Film impressjonanti u informattiv dwar it-tieqa tad-Dwejra miż-żagħżugħ xjenzat mill-Għarb, Andrea Muscat

John Busuttil / 22 ta' Marzu 2017 16:07
Ix-xjenzat jew inkella l-metjorolġista żagħżugħ Għawdxi, Andrea Muscat qatta dawn l-aħħar 15-il ġurnata jistudja għaliex u kif waqgħet it-tieqa tad-Dwejra u b’filmat mill-aktar interessanti li jimpressjonak jirnexxilu jsib ir-raġunijiet għaliex waqgħet issa u kif. Il-filmat innifsu fih l-aħħar ftit ħin tat-tieqa qabel waqgħet u Għawdex tilef ġawhra kbira għalih.

Andrea Muscat ta’ 21 sena hu gradwat B.Sc. (Hons) Earth Systems fl-Università ta' Malta u qed jistudja l-meterjoloġija fil-livell ta M.Sc.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook