Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Lejliet

Film ieħor mid-dat tal-produzzjoni Għawdxija TGD b'kollaborazzjoni ma' dar oħra Imitosis li se jintwera fis-sala Don Bosco

John Busuttil / 24 ta' Diċembru 2016 09:40
Alec Fenech, Franco Rizzo u Jenny Mercieca jippreparaw għal ġbid mal-lejl
Yasmin Kuymizakis
Lejliet huma l-progett ghal dan il-Milied ta’ Three Generations Down, bl-attur Jamie Cardona fil-fokus principali ta’ din il-grajja li se tiehu l-forma ta’ film qasir, progett illi qed jigi mtella f’kollaborazzjoni ma’ Imitosis, tim ta’ produzzjoni li tella diversi xoghlijiet awdjovizivi fl-ahhar senna gewwa Malta, b’numru ta’ membri minn dan it-tim ingaggati fuq “Lejliet” bhala crew, inkluz Franco Rizzo bhala direttur tal-fotografija, meghjun minn Alec Fench u Jenny Mercieca, b’ Giovan Baldacchino bhala assistant fid-direzzjoni, Francesca Mercieca bhala Set Designer, u Yasmin Kuymizakis u Samuel Attard f’dak li hu awdjo.

Ellul jiddiskuti ma' Rizzo bejn il-ġbid tal-film
 

Il-poster ufficjali jaghti hjiel ta’ inkontru bejn zewg individwi fil-kuntest stagjonali li ghaddejjin minnu bhalissa, minkejja li l-istess poster ma tantx iniehdi aura festiva.

 

Anne Camilleri
Il-film huwa dirett minn Matthew James Ellul,  bl-aspetti tal-produzzjoni immexxija minn Julia Camilleri, meghjuna minn Anne Camilleri u Daniel Vella.

 

L-ewwel screening ta’ Lejliet isehh nhar il-Hamis, 29 ta’ Dicembru, gewwa c-Cinefamilia Don Bosco fir-Rabat, Ghawdex, fid-disa ta’ filghaxija.

 

Wiehed jista’ facilment isegwi l-progett fuq is-siti socjali ta’ Imitosis u Three Generations Down.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook