Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

170 multa mill-wardens fil-weekend ta’ Santa Marija f’Għawdex

Fl-istess weekend f'Għawdex kien hemm 20,000 karrozza iżjed mis-soltu

John Busuttil / 22 t'Awwissu 2016 15:36
Fil-ġimgħa ta' Santa Marija kien hemm rekord sħiħ ta' maltin li telgħu Għawdex fejn barra s-70,000 li telgħu magħhom tellgħu madwar 20,000 karrozza. Dan il-fatt iżda wassal biex il-Gozo Tourism Authority u l-Gozo Business Chamber ħarġu stqarrija biex joġġezzjonaw għal xalata ta' kontravenzjonijiet li nħarġu mill-gwardjani lokali fi tmiem il-Ġimgħa tal-Festa ta' Santa Marija. L-iLLUM tlabna lil Ministru għal Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici biex jgħaddilna n-numru ta' din ix-xalata ta' ċitazzjonijiet u fil-fatt l-Ministru weġibna hekk:

"Il-Ministeru huwa infurmat li dan kien il-każ tal-weekend  ta’ Santa Marija f’Għawdex fejn kien hemm żieda ta’ 70,000 persuna u 20,000 vettura irreġistrati. Ħarġu total ta’ 67 multa s-Sibt u 103 multa l-Ħadd. Il-kontravenzjonijiet prinċipali kienu jinkludu parking doppju jew tripplu li jostakola t-traffiku, sewqan bl-addoċċ u sewqan mingħajr number plates, ksur tas-sinjali tal-one-way u nuqqas ta’ seatbelts. Madanakollu, l-Aġenzija għas-Sistema ta’ Infurzar Lokali hija lesta li tiddiskuti mal-partijiet kollha interessati bil-għan li tkompli ttejjeb is-sistema.“

Il-Ministru kompla jgħid li Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa nfurmat li, sa mit-twaqqif taghħa bħala awtorita regolatorja f’ Ottubru li għadda, l-Aġenzija għas-Sistema ta’ Infurzar Lokali saħqet fuq sistema fejn il-gwardjani lokali jiffukaw aktar fuq l-assistenza u l-edukazzjoni milli fuq penalizazzjoni sfurzata. Ir-riżultati juru li matul l-ewwel 7 xhur tas-sena, bejn Jannar u Lulju 2016 kien hemm 34,428 inqas multi meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Per ezempju, f’Lulju biss kien hemm tnaqqis ta’ 7,968 multa rreġistrata sena b’sena. Dan ma jfissirx li l-gwardjani lokali għandhom iħallu lil kulħadd jagħmel li jrid. Meta azzjonijiet irresponsabli jwasslu għal riskji u perikli, l-infurzar lokali għandu jkun wieħed effettiv.

 

 

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook