Is-servizz tal-Gozo Channel bejn l-Imġarr u Sa maison waqaf mil-lum

Chris Said f'isem il-PN ilmenta li l-gvern qed inaqqas l-aċċessibilita flok itejjibha

B' effett millum twaqqaf is-servizz li ghal snin twal offriet il-Gozo Channel bejn l-Imgarr u Sa Maison fil-port ta' Marsamxett.

Dan is-servizz kien immirat biex jaqdi principalment il-garr tal-merkanzija bejn Malta u Ghawdex u kien jevita li trakkijiet mghobbija jivvjaggaw it-tul tat-triq mic-centru ta' Malta sac-Cirkewwa u vice-versa.

Millum kull trakk bil-merkanzija li jrid jaqsam lejn Ghawdex jew minn Ghawdex ghal Malta bilfors irid juza l-port tac-Ċirkewwa.

Il-kelliem tal-PN għal Għawdex, Chris Said  fil-post tiegħu qal li dan jista jwassal għal ħafna iżjed trakkijiet mgħobbija fit-toroq li jaghtu ghal Mellieha jew ix-Xemxija b' serbut ma jispicca qatt ta' karozzi warajhom. Said temm jgħid, "Flok intejbu l-aċċessibilita' qed nnaqqsuha. Kont nistenna li l-Gozo Channel taħdem biex tassigura li l-vjaġġi bejn Ghawdex u l-Belt Valletta jiżdiedu u mhux jispiċċaw."

More in G?awdex