Boxing Day tar-rekords f'Għawdex

Jaqsmu 10,500 passiġġier u 2,500 karrozza s-Sibt biss

rekord ta nies żaru l-presepju ħaj: Bethlehem f'Għajnsielem
rekord ta nies żaru l-presepju ħaj: Bethlehem f'Għajnsielem

L-ILLUM tkellem maċ-Chairman tal-Gozo Channel, Joe Cordina fejn staqsejnih kemm kienet iċ-ċifra ta' Maltin u turisti li qasmu għal Għawdex dan tmiem il-ġimgħa. Cordina qalilna li s'issa id-data kollha għadha ma nġabritx iżda tana l-figuri tas-Sibt 26 ta' Diċembru, boxing day fejn qalilna li kien hemm rekord assolut ta' passiġġieri fejn qasmu għal Għawdex 10,500 passiġġier u 2,500 karrozza. "Kien Milied qawwi għal żewġ fatturi" qalilna Cordina, "it-temp sabiħ jiġbed lil Maltin lejn Għawdex u anke l-fatt li Għawdex kien miżgħud bl-attivitajiet tal-Milied li kienu pubbliċizzati tajjeb għal Maltin ġibed ħafna turisti lejn Għawdex." Il-presepju ħaj Bethlehem f'Għajnsielem u r-raħaltal-Milied, ix-Xagħra bil-presepju 'Suq u Mexxi' kienu l-aktar żewġ avvenimenti li ġibdu nies lejhom.

More in G?awdex