Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

€1.15ċ biss biex tmur Għawdex fix-xitwa

  • Il-Gozo Channel se tibqa għaddejja bl-iskeda tas-sajf

John Busuttil / 27 ta' Settembru 2015 11:55
L-ILLUM huwa nfurmat li l-Maltin li se jitilgħu Għawdex fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi matul ix-xitwa li ġejja se jħallsu daqs l-Għawdxin. Dan ifisser li passiġġier li kien qed iħallas €4.65, dix-xitwa se jħallas €1.15 u għalhekk se jiffranka €3.50. Ir-roħs se jkun akbar jekk jiddeċiedi li jitla bil-karozza, fejn flok €14.65 għal karozza u passiġġier, il-prezz se jinżel għal €8.15, jew €6.50 inqas.

L-ILLUM kien nfurmat minn sorsi qrib il-Ministeru għal Għawdex li qed isiru diskussjonijiet mal-komunità tan-negozju f’Għawdex fejn qed ikunu infurmati b’dawn it-tibdiliet bil-għan li x-xitwa tkun ta’ suċċess bħalma kien dan is-sajf. L-għan prinċipali tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo hu li l-gżira Għawdxija ma ssirx ċimiterju fix-xitwa, u x-xogħol fil-gżira jkompli għaddej u għalhekk wera x-xewqa li l-Gozo Channel tgħin biex tħajjar lill-Maltin ikomplu jqattgħu ġranet f’Għawdex, anke fix-xhur xitwin.

Meta l-ILLUM tkellem ma’ xi negozjanti f’Għawdex u proprjetarji tar-ristoranti, dawn wieġbu fil-pożittiv dwar din l-inizjattiva b’ħafna minnhom jirrimarkaw, kif kellha bżonn tirnexxi din l-inizjattiva “għax tkompli tagħtina mbuttatura tajba.’

Din is-sena l-Gozo Channel baqgħet għaddeja bl-iskeda tas-sajf ukoll, minflok qalbet għal dik ta’ bejn l-istaġuni, xi ħaġa li għenet biex ikun hemm iżjed vjaġġi f’ħinijiet tajbin għat-turist Malti li jaqsam matul tmiem il-ġimgħa. Tant hu hekk, li skont kif inhi infurmata din il-gazzetta, l-iskeda tas-sajf se tkompli għaddejja matul ix-xitwa wkoll.

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook