Għawdxin jgħidu li x-xogħol li sar fuq proprjetà privata tagħhom ħallsuh huma

Jibagħtu riċevuti fiskali li juru li x-xogħol tħallas minnhom

Il-gazzetta il-Mument tal-Ħadd qalet li fil-ġimgħat li għaddew kienu nbnew żewġt ikmamar minn ħaddiema b’materjal tal-Gvern biswit Triq Gruwa u fit-tarf ta’ għelieqi privati. Kien żvelat ukoll li x-xogħlijiet ta’ bini fuq dawn iż-żewġt ikmamar sar meta fi Triq Gruwa kien għaddej xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek u xogħol ieħor biex għadda l-main tal-ilma u għalhekk ix-xogħol kien ippjanat biex ma jagħtix fil-għajn.

Francis Cauchi ta’ 21, Baħħara Street, Għajniselem kif ukoll Michael Sultana ta’ 15, Ġiżi Street, Xewkija kitbu lill-editur tal-Mument u lill-ġurnalisti ittra uffiċċjali ffirmata mill-avukat Joseph Grech u kopja tagħha mibgħuta lill-kmamar tal-aħbarijiet tagħna.

Iż-żewġ Għawdxin qed jgħidu li x-xogħlijiet imsemmija mill-gazzetta Il-Mument saru fil-proprjetà tagħhom u saru totalment minnhom personalment, mingħajr ma tqabbad ebda kuntrattur. Fl-istess waqt huma bagħtu żewġ irċevuti fiskali tax-xogħol imħallas minnhom.

Qed jitolbu li l-ġurnal jippubblika apoloġija pubblika inkella jmorru għal proċeduri ċivili u kriminali kontra l-gazzetta. Min-naħa tagħhom il-Maltarightnow dalgħodu stess ħarġu li:

'Is-sid tal-propjetà fi Triq Gruwa, fejn ftit tal-ġimgħat ilu sar xogħol fuq żewġt ikmamar minn ħaddiema u b’materjal tal-Gvern, dalgħodu mar fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet f’Għawdex. Hu kien akkumpanjat minn Keith Vella Muscat, li hu Uffiċjal għoli fil-Ministeru għal Għawdex.'

More in G?awdex