Jivvotaw 85.5%: L-inqas fl-10 u 12-il Distrett, l-aktar fis-Seba' u fit-Tielet Distrett

Ċifri uffiċjali juru livell ogħla ta' votazzjoni fid-Distretti Laburisti, milli f'Distretti Nazzjonalisti

Skont ċifri tal-Kummissjoni Elettorali kienu b'kollox 85.5% tal-votanti li ħarġu jivvotaw. 

Minn dawn iċ-ċifri jidher li l-folja inqalbet xi ftit miċ-ċifri tas-sagħtejn ta' waranofsinhar hekk kif kienu l-ewwel seba' distretti li fihom vvotaw l-aktar nies u allura dawk id-distretti li huma tradizzjonalment aktar Laburisti.

L-aktar żewġ distrett li fihom ivvutaw nies, huma s-Seba' Distrett li jinkludi fih lir-Rabat u Ħaż Żebbuġ b'88% u warajh jiġu t-Tielet (87.8%) u li jinkludi liż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Wied il-Għajn , is-Sitt Distrett - magħmul minn Ħal Qormi, Ħal Luqa u Siġġieri b'87.4%, il-Ħames Distrett - li huwa magħmul minn Birżebbuġa, iż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Kirkop, Ħal Safi u Ħal Farruġ - b'87.2% u t-Tieni Distrett, li fih hemm il-Kottonera u Ħaż Żabbar, fejn ivvotaw 87.1%.

Fl-Ewwel Distrett - li jinkludi il-Belt Valletta, il-Furjana, Ħamrun u l-Marsa, ivvutaw 85.5% u fir-raba' distrett - li jinkludi lil Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u Santa Luċija - ivvutaw 86.9%.

Jekk imorru fl-aktar distretti Nazzjonalisti tad-Disa' u l-10 distrett insibu li t-turnout proġettat jonqos għal 84.4% (9) u 81.6% (10). L-inqas distrett li fih ivvutaw nies ikun it-12-il Distrett - magħmul mill-Mellieħa u parti minn San Pawl il-Baħar - b'78.4% biex b'hekk huwa l-uniku distrett li fih ma nqabżux it-80%. Fil-11-il distrett - li jinkludi l-Mosta, kienu 84.8% li ħarġu jivvotaw. 

F'Għaedex ivvotaw 86.1%.

More in Elezzjoni 2022