L-istess Steward f’Malta, mitluba tidher quddiem kungress fl-Istati Uniti

Bi Steward imkeċċiha mit-tliet sptarijiet tal-istat ta’ Malta, il-kumpanija issa tinsab taħt il-lenti tal-politiċi Amerikani wara li telf finanzjarju beda jipperikola l-operat fl-isptarijiet tiegħu ta’ Massachusetts

Il-problemi finanzjarji li ltaqa’ magħhom il-ġgant privat tal-kura tas-saħħa Steward Health Care fi tmien sptarijiet ta’ Massachusetts saru s-suġġett ta’ maratona ta’ seduti tal-kungress f’Boston.

Is-seduti ta’ smigħ huma mmexxija mis-senaturi tal-Istati Uniti Ed Markey u Elizabeth Warren, bit-titlu “When Health Care Becomes Wealth Care: How Corporate Greed Puts Patient Care and Health Workers At Risk.”

Skont rapporti tal-gazzetta oħt, MaltaToday, l-istess seduti jiffokaw fuq kumpaniji tal-kura tas-saħħa għall-profitt bħal Steward.

Steward sirna nafu biha f’Malta, meta akkwistat il-konċessjoni mogħtija lill-Vitals Global Healthcare, mill-amministrazzjoni Laburista, lura fl-2017.

Minn dakinhar, imħallef Malti kkonkluda li l-konċessjoni kienet kisret it-termini tagħha u li tbiddel il-kuntratt.

Bi Steward imkeċċi mit-tliet sptarijiet tal-istat ta’ Malta, il-kumpanija issa tinsab taħt il-lenti tal-politiċi Amerikani wara li telf finanzjarju beda jipperikola l-operat fl-isptarijiet tiegħu ta’ Massachusetts.

More in Barranin