L-Istati Uniti kontra l-waqfien mill-ġlied fil-Gaża

L-Istati Uniti imblukka ir-riżoluzzjoni, bl-argument li Iżrael għandu d-dritt li jiddefendi lilu nnifsu mill-attakki tal-Ħamas

Nhar il-Ġimgħa, l-Istati Uniti għamlu veto fuq riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda (UN) li ssejjaħ għal waqfien mill-ġlied immedjat fil-Gaża.

Is-Segretarju Ġenerali tal-UN António Guterres, u l-biċċa l-kbira tal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà kienu appoġġjaw il-miżura, u qalu li l-katastrofi umanitarja fejn jgħixu 2.2 miljun Palestinjan tista’ thedded l-istabbiltà dinjija.

Iżda l-Istati Uniti, li hija waħda mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà, imblukkat ir-riżoluzzjoni, bl-argument li Iżrael għandu d-dritt li jiddefendi lilu nnifsu mill-attakki tal-Ħamas. Il-vot kien 13 kontra 1. Il-Gran Brittanja tastjeni u xi alleati tal-Istati Uniti bħal Franza vvutaw għal waqfien mill-ġlied.

Ir-riżoluzzjoni waslet għall-falliment hekk kif UN rrappurtaw li kienu qed jissieltu biex iwasslu oġġetti essenzjali bħall-ikel, il-mediċina u l-gass tat-tisjir f’xelters u bliet ta’ tined wara xahrejn ta’ gwerra.

"L-ordni ċivili qed titkisser," kiteb il-Ġimgħa fuq il-midja soċjali Thomas White, id-direttur ta' Gaża tal-aġenzija ta' għajnuna tal-Ġnus Magħquda għall-Palestinjani. Żied jgħid li xi konvojs tal-għajnuna qed jiġu misruqa u filwaqt li vetturi taL-UN qed jiġu milquta b’ġebel. “Is-soċjetà tinsab fix-xifer ta’ kollass sħiħ.”

White tkellem ġurnata wara li l-amministrazzjoni Biden wissiet li l-militar Iżraeljan ma kienx għamel biżżejjed biex inaqqas il-ħsara liċ-ċivili f’Gaża.

"Huwa imperattiv - jibqa' imperattiv - li l-Iżrael ipoġġi l-protezzjoni ċivili l-ewwel," qal is-Segretarju tal-Istat Antony J. Blinken lill-ġurnalisti f'Washington nhar il-Ħamis. Filwaqt li saħaq li hemm differenza bejn dak li qal u l-intenzjoni li jiġi protett il-poplu li jinsab maqbud f’dik ir-realtà. 

More in Barranin