L-Iran jibgħat l-annimali fl-ispazju

Ir-rokit huwa parti mill-viżjoni tal-Iran, li jibgħat bnedmin fl-ispazju

L-Iran bagħat kapsula li fiha qed iġġorr l-annimali fl-ispazju, bil-għan li jisaħħaħ il-programm spazjali.

Il-midja tal-Istat nhar l-Erbgħa ħarġet filmat tat-tnedija ta’ rokit li nbena mill-Iran, u li fih hemm kapsula, li qalu li ntbagħtet b’suċċess 130km (80 mil) fl-orbita.

Ir-rokit Salman tiżen 500kg, u hija rrappurtata bħala l-itqal kapsula bijoloġika li qatt saret b’suċċess fl-istorja tal-programm spazjali Iranjan, iżda l-ebda awtorità ma kkonfermat x’kienu l-annimali li ntbgħatu fl-ispazju.

 

More in Barranin