Iktar minn 6,000 tifel u tifla jmutu f’Gaża mis-7 ta’ Ottubru

L-Iżrael u l-Gaża komplew bl-attakki kontra xulxin hekk kif ma rnexxielhomx jilħqu ftehim bejntiehom għal-estenzjoni

Minn mindu sar l-attakk fis-7 ta’ Ottubru mill-Ħamas, attakk li qatel 1,200 persuna, il-Ministeru tas-Saħħa ta’ Gaża qal li mietu iktar minn 14,800 persuna, inkluż 6,000 tifel u tifla

L-Iżrael qed ikompli il-bombardamenti f’Gaża għat-tieni ġrunata konsekkutiva, bil-militari Iżraeljana javżaw xi residenti ta’ Gaża biex jevakwaw.

Il-ġlied bejn l-Iżrael u Gaża kompla l-Ġimgħa, wara li għaddiet ġimgħa ta’ waqfien ta’ sparar. L-iżrael u l-Ħamas qed jippuntaw is-swaba lejn xulxin hekk kif mhux qed jirnexxielhom jilħqu ftehim għal-estensjoni.

Il-Ministeru tas-Saħħa f’Gaża, imexxi mill-Ħamas, qal li iktar minn 178 persuna inqatlu minn mindu reġgħu bdew il-bumbardamenti, dan filwaqt li l-militar Iżraeljan qal li laqat 400 post li kien fil-mira tal-attakk tagħhom fl-istrixxa ta’ Gaża.   

Is-sireni nstemgħu ukoll f' xi żoni fl-Iżrael il-Ġimgħa, b’diversi rokits minn Gaża jiġu interċettati  mill-militar Iżrael.

Intant, l-aġenzija ta’ għajnuna tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati Palestinjani (UNRWA) qalet li l-ebda għajnuna ma waslet f’Gaża minn meta ntemm il-waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u l-Ħamas il-Ġimgħa filgħodu.

More in Barranin