L-Ukrajna: l-ikbar attakk li seħħ minn mindu bdiet l-invażjoni Russa

L-Ukrajna ġġarrab l-ikbar attakk mill-ajru fuq il-belt Kiev minn mindu bdiet l-invażjoni Russa skont l-awtoritajiet Ukreni, fejn weġġgħu ħames min-nies inkluż tifel ta’ 11-il sena

L-awtoritajiet tal-Ukrajna qalu li s-Sibt kien l-ikbar attack li qatt seħħ minn mindu bdiet l-invażjoni mir-Russi hekk kif waqgħu 71 drones mal-lejl fuq il-belt Kiev.

L-amministrazzjoni tal-belt ta’ Kiev qalet li weġġġħu ħames persuni, inkluż tifel ta’ 11-il sena.

Il-forza tal-ajru qalet permezz tal-midja soċjali li qerdet 71 Shahed 131/136 UAV tal-attakk (vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ), u  li l-maġġoranza tagħhom inqerdu fir-reġjun ta’ Kiev.

Is-sindku Vitali Klitschko qal li l-allert bl-ajru fil-belt dam sitt sigħat għaddej u debris ta’ drone li nieżel qanqal nirien li għamel ħsara lill-bini madwar il-kapitali.

L-attakk seħħ fil-jum li l-Ukrajna tfakkar Holodomor – meta miljuni ta’ Ukrajini sfaw bil-ġuħ taħt il-mexxej Sovjetiku Joseph Stalin fl-1930.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, il-President Ukren Volodymyr Zelensky kiteb li t-tmexxija Russa hija kburija bil-fatt li tista’ toqtol hekk kif reġa’ fakkar jum Holomodor. 

More in Barranin