Il-Kuflitt ta’ Gaża: Jinħelsu 13-il ostaġġ Iżraeljan

13-il Iżraeljan u 12 oħra Tajlandiżi li kienu qed jinżammu ostaġġi mill-Ħamas ingħataw il-ħelsien; Il-ħelsien tal-ostaġġi Tajlandiżi ma kienx parti mill-ftehim inizjali; Il-Palestinjani għandhom jinħelsu aktar ‘il quddiem 

Tul il-waqfa temporanja għandhom jinħelsu 50 ostaġġi u 150 Palestinjan (ritratt:  Palestine Red Crescent Society)
Tul il-waqfa temporanja għandhom jinħelsu 50 ostaġġi u 150 Palestinjan (ritratt: Palestine Red Crescent Society)

Il-midja lokali tirrapporta li 13-il ostaġġ Iżraeljan ġew trasferiti lejn l-Eġittu u qegħdin fi triqithom lejn l-Iżrael.

Ladarba l-ostaġġi jaslu f’Rafah, l-Eġittu, se jittieħdu b’ħelikopters l-Iżrael.

Addizzjonalment, ġew rilaxxati 12-il ostaġġ Tajlandiż, skont il-Prim Ministru tat-Tajlandja. Huwa qal fuq il-midja li l-uffiċjali tal-ambaxxata jinsabu fi triqthom biex jiġbruhom f’siegħa oħra.

Il-ħelsien tal-ostaġġi huwa parti minn ftehim temporanju ta’ waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-Ħamas, wara diskussjonijiet bl-għajnuna ta’ Qatar.

Bħala parti mill-ftehim, 39 ostaġġi Palestinjani maqbuda l-Iżrael se jingħataw lill-awtoritajiet fix-Xatt tal-Punent nhar il-Ġimgħa.

B’kollox, 50 ostaġġ u 150 Palestinjan se jinħelsu matul l-erbat ijiem li ġejjin.

Il-ftehim jgħid ukoll li, ma’ kull 10 ostaġġi addizzjonali li jinħelsu, il-pawsa mil-ġlied se tiġi estiża b’ġurnata oħra.

Iżrael qal li rċieva lista ta’ dawk li se jinħelsu l-ewwel, u diġà kkomunika mal-familjari tagħhom.

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u l-Ministru tad-Difiża Yoav Gallant jinsabu fiċ-ċentru ta’ kmand tal-Forzi tad-Difiża Iżraeljani f’Tel Aviv, u se jibqgħu hemm sakemm jintemm il-ftehim. 

More in Barranin