Il-Forzi tad-Difiża ta' IżraeI qalet li l-manifattur tal-armi tal-Ħamas ġie ‘eliminat’

Mohsen Abu Zina, il-manifattur tal-armi u l-industriji flimkien ma’ oħrajn inqatel minn attakk mill-ajru fuq l-Istrixxa ta’ Gaża

Il-Kap tal-manifattura tal-armi u l-industriji tal-Ħamas Mohsen Abu Zina ġie "eliminat," qal il-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael (IDF) nhar l-Erbgħa.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, IDF sostniet li Mohsen Abu Zina kien wieħed mill-iżviluppaturi ewlenin tal-armi tal-Ħamas, b'għarfien ta' espert f'armi strateġiċi, u rokits.

IDF kompliet tgħid li Abu Zina ffaċilita l-armi tal-Ħamas fil-kunflitt attwali. 

Il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan Yoav Gallant qal li mhu se jkun hemm l-ebda tregwa umanitarja qabel ma jirritornaw l-ostaġġi - minkejja li qed tiżdied il-pressjoni internazzjonali fuq Iżrael biex iwaqqaf l-ostilitajiet biex iħalli l-għajnuna fl-Istrixxa ta’ Gaża.

IDF sostniet li kienu l-attakki mill-ajru fuq l-Istrixxa ta’ Gaża li qatlu lill-aqwa manifattur tal-armi tal-Ħamas flimkien ma’ oħrajn. 

Bħalissa, il-belt ta’ Gaża, dik li l-IDF tqis il-fortizza ewlenija tal-grupp tal-Ħamas fit-territorju, hija mdawra minn forzi Iżraeljani.

Il-militar qal li t-truppi avvanzaw lejn il-qalba tal-belt b’popolazzjoni densa filwaqt li l-Ħamas jgħid li l-ġellieda tagħha kkaġunaw telf kbir.

Il-midja Palestinjana rrappurtat ukoll ġlied bejn il-grupp u l-forzi Iżraeljani qrib il-kamp tar-refuġjati ta’ al-Shati (Bajja) fil-Belt ta’ Gaża.

Gallant saħaq li l-Iżrael għandu mira waħda;  it-terroristi tal-Ħamas f'Gaża, l-infrastruttura tagħhom, il-kmandanti tagħhom, il-bunkers, il-kmamar tal-komunikazzjoni. 

Intant, il-kelliem ewlieni militari Daniel Hagari qal li l-inġiniera tal-ġlied kienu qed jużaw apparat splussiv biex jeqirdu netwerk ta’ mini mibnija mill-Ħamas li tinfirex għal mijiet ta’ kilometri taħt Gaża.

More in Barranin