L-Amnestija Internazzjonali qalet li l-attaki fl-Istrixxa tal-Gaża għandhom jiġu investigati wara li nqatlu eluf ta’ familji

L-Amnestija Internazzjonali saħqet li l-forzi armati Iżraeljani wrew nuqqas ta’ importanza liċ-ċittadni, ġabu it-toroq trab, qatlu numru kbir ta’ nies

Mis-7 ta’ Ottubru sal-lum inqatlu iktar minn 3,793 persuna u iktar minn 1,500 trafi
Mis-7 ta’ Ottubru sal-lum inqatlu iktar minn 3,793 persuna u iktar minn 1,500 trafi

L-Amnestija Internazzjonali ddokumentat l-attakki ta’ orrur kkawżati mill-Iżrael li darbu numru kbir ta’ nies u ssaħqet li dawn għandhom jiġu investigati bħala reati ta’ gwerra. 

L-organizazzjoni tkellmet mal-vittmi, analizzat immaġni minn satelliti, u anke vverifikat ritratti u vidjows sabiex tinvestiga l-bumbardamenti mill-ajru li wettaq l-Iżrael bejn is-7 u 12 ta’ Ottubru, li kisser kull ma hemm u saħansitra qatel eluf ta’ familji.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Amnestija Internazzjonali, Agnès Callamard, qalet li l-attakki Iżraeljani kienu ta’ vjolazzjoni umanitarja internazzjonali li fallew milli jieħdu prekawzjonijiet sabiex ma jintilfux il-ħajjiet tan-nies. Kompliet tgħid li l-Iżrael naqas milli jiddistingwi bejn attakki b’objettivi ċivili u dawk militari.  

L-Amnestija saħqet li l-forzi armati Iżraeljani wrew nuqqas ta’ importanza liċ-ċittadni, ġabu it-toroq trab, qatlu numru kbir ta’ nies u qerdu infrastruttura essenzjali mentri li restrizzjonijiet ġodda wasslu għal nuqqas ta’ ilma, mediċini u dawl. 

Callamard qalet li dawn is-16-il sena ta’ attakki min-naħa tal-Iżrael ttrasformaw lil Gaza fl-ikbar ħabs miftuħ. Saħqet li l-komunitá  internazzjonali trid tagħmel pass issa biex tipprevjeni milli Gaza ssir ċimiterju wieħed. Hi bqagħet tgħid li l-Iżrael iridu jieqfu minnufih b’dawn l-attakki illegali bl-iktar mod kawtel possibli sabiex ma iweġġgħux iktar nies. 

Mis-7 ta’ Ottubru sal-lum il-ġurnata, l-Iżrael tefa’ eluf ta’ bombi mill-ajru fl-Istrixxa tal-Gaża, u qatlu minn tal-inqas 3,793 persuna, inkluż iktar minn 1,500 tfal skont il-Ministru tas-Saħħa f’Gaża. 12,500 huma midruba u 1,000 oħra jinsabu mirduma taħt it-tifrik. 

Il-militari Iżraeljani qalu li qed jattakkaw objettivi militari, iżda l-Amnestija ma sabet l-ebda evidenza ta’ objettivi militari, skont kif saħaq l-Iżrael, waqt l-attakki. 

l-Amnestija sabet ukoll li l-grupp militari ta’ Iżrael naqas milli jieħu prekawzjonijiet bħal javżaw minn qabel liċ-ċittadini Palestinjani li se jsir attakk. 

Callamard sostniet li l-Amnestija għandha evidenza u biżżejjed riċerka ta’ reati ta’ gwerra li iridu jiġu investigati immedjatament. Snin ta’ gwerra u inġustizzja wasslu għal rata għolja ta’ mewt u dan li se jkompli jġib miegħu vjolenza u instabilitá f’Iżrael u fit-territorji Palestinjani okkupati. 

More in Barranin