Biden jappoġġja l-verżjoni ta’ iżrael rigward l-isptar ta' Gaża li ġie attakat

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden jinsab fl-Iżrael. Tensjonijiet huma għolja wara li sptar f’Gaża ġie attakat b’rokit u qatel mijiet ta’ persuni.

 

Il-President Biden jiltaqgħa mal-Prim Ministru Netanyahu
Il-President Biden jiltaqgħa mal-Prim Ministru Netanyahu

Waqt żjara sinifikanti f’Iżrael, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden esprima appoġġ għal dak li qed jgħidu l-Iżrael. Huma qed jgħidu li t-terroristi Palestinjani kienu responsabbli għal attakk devastanti fl-isptar f’Gaza.

Il-President għamel din id-dikjarazzjoni waqt il-laqgħa tiegħu mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.

L-attakk li sar permezz ta’ rokit fl-isptar f’Gaza, rriżulta f’telf traġiku ta’ mijiet ta’ ħajjiet, filwaqt li eskala t-tensjoni fil-Lvant Nofsani, b’kemm Iżrael kif ukoll il-Palestinjani qed  jakkużaw lil xulxin.

It-tensjonijiet kellhom impatt dirett fuq l-aġenda tal-President Biden, hekk kif it-titjira ppjanata tiegħu minn Iżrael għall-Ġordan, għal diskussjonijiet mal-mexxejja Għarab, ġiet ikkanċellata minħabba l-kriżi li għaddejja.

Il-Ġordan ikkundanna bil-qawwa l-bumbardament fl-isptar, u qiesuh bħala "diżastru kbir u delitt tal-gwerra faħxi." Bħala konsegwenza, il-Ġordan waqqaf il-laqgħa mal-President Biden, iżda, il-White House, iddikjarat li din id-deċiżjoni kienet reċiproka, u l-President Biden minflok kien se jidħol f’diskussjonijiet bit-telefon mal-mexxejja tal-Awtorità Palestinjana u l-Eġittu fi triqtu lura lejn l-Istati Uniti.

Ftit wara l-wasla tiegħu fl-Iżrael, il-President Biden u l-Prim Ministru Netanyahu kellhom konferenza stampa konġunta biex jindirizzaw is-sitwazzjoni. Il-President Amerikan mistenni jiltaqa’ mal-kabinett militari Iżraeljan.

John Kirby, kelliem għall-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti, żvela li l-President Biden bi ħsiebu jagħmel mistoqsijiet iebsin biex jikseb fehim aħjar tal-għanijiet ta’ Iżrael f’Gaża.

Barra minn hekk, il-President Biden qed jippjana li jiltaqa’ ma’ persuni li taw l-ewwel għajnuna waqt l-attakk ikrah mill-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru, li rriżulta fit-telf ta’ 1,300 ħajja fuq in-naħa Iżraeljana.

More in Barranin