Ġurnalist tar-Reuters imut, sitta oħra jindarba wara bumbardamenti mill-Iżrael fil-Libanu

Kelliem tan-Nazzjonijiet Uniti qal “l-ġurnalisti għandu jiġu protetti u jkollhom il-libertà li jagħmlu xogħolhom

 

Issam Abdallah imut wara bombardamenti mill-Israel fil-Libanu
Issam Abdallah imut wara bombardamenti mill-Israel fil-Libanu

Videographer impjegat ma’ l-istazzjon tal-aħbarijiet internazzjonali Reuters, Issam Abdallah, inqatel fin-nofsinhar tal-Libanu il-Ġimgħa wara li bomba splodiet f’żona fejn grupp ta’ ġurnalisti internazzjonali kienu qed jiġbdu filmfati tal-kunflitt fir-reġjun. Sitt ġurnalisti oħra weġġgħu kawża tal-inċident u xi uħud kellhom jittieħdu l-isptar.

“B’dispjaċir inħabbru l-mewt tal-videographer Isaam Abdallah” qalu Reuters fi stqarrija.

L-aġenzija qalet li Abdallah kien parti minn tim tar-Reuters u flimkien ma’ ħaddiema oħra fil-midja, kienu qed jirrapurtaw xandira diretta fin-Nofsinhar tal-Libanu. L-aġrnzija żieded tgħid li tnejn oħra mill-ġurnalisti tagħha, Thaer Al-Sudani u Maher Nazeh, kienu feruti ukoll.

Il-Ġimgħa, il-ġurnalist tellgħa stessu fuq il-midja soċjali, liebes armar protettiv, warajh, duħħan ikkawżat mill-bombi. Żewġ ġurnalisti mit-TV Al-Jazeera tal-Qatar u tnejn mill-Aġenzija tal-Aħbarijiet Internazzjonali ta’ Franza kienu fost il-midruba fil-Libanu.

L-istessu tal-ġurnalist qabel miet
L-istessu tal-ġurnalist qabel miet

Il-Prim Ministru provviżorju tal-Libanu, Najib Mikati, ikkundanna l-bomba li spiċċat tolqot il-ġurnalisti “matul l-aggressjoni fuq in-Nofsinhar tal-Libanu.”

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres esprima l-kondoljanzi lill-familja tal-videograpger maqtul, u qal li, "tant ġurnalisti qed iħallsu b'ħajjithom biex iġibu l-verità lil kulħadd."

"Il-ġurnalisti jeħtieġ li jiġi protett u jitħalla jagħmlel xogħolu," qal il-kelliem tan-NU Stéphane Dujarric.

Iktar tard nhar il-Ġimgħa, għexieren ta’ ġurnalisti bbażati fil-Libanu u attivisti tad-drittijiet inġabru barra l-Mużew Nazzjonali f’Bejrut biex ifakkru fil-mewt ta’ Abdallah u l-korriment tal-ġurnalisti.

Il-bumbardament seħħ tul il-fruntiera bejn il-Libanu u l-Iżrael bejn truppi Iżraeljani u membri tal-grupp militanti Hezbollah tal-Libanu.

Il-fruntiera bejn il-Libanu u l-Iżrael ilha xhieda ta’ atti sporadiċi ta’ vjolenza mill-attakk tas-Sibt mill-grupp militanti Palestinjan Ħamas fuq in-Nofsinhar ta’ Iżrael.

More in Barranin