Preżenza ta' suldati Russi waqt 'elezzjonijiet' f'reġjuni okkupati

Il-kandidati huma kollha Russi jew pro-Russja, u l-gvernaturi huma kollha magħżulin minn Moska

Il-Minitru għall-Affarijiet Barranin Ukren ikkundanna l-mod kif elezzjonijiet f’reġjuni okkupati minn forzi Russi. Dan minħabba li l-kandidati huma kollha Russi jew pro-Russja, u l-gvernaturi huma kollha magħżulin minn Moska.

Apparti minn hekk, numru ta’ persuni li vvotaw kmieni kellhom jagħmlu dan fil-preżenza tal-armata militari Russja.

Uffiċċjali Ukreni ħarġu stqarrija fejn qalu li kull ċittadin Ukren li qed ikollu sehem fl-organizzazzjoni ta’ dawn l-elezzjonijiet se jiġi kkastigat fil-futur.

Minn naħa l-oħra, il-Kunsill tal-Ewropa kkundanna l-manuvra, hekk kif irrefera għas-sitwazzjoni bħala “ksur tal-liġijiet internazzjonali li r-Russja qed tkompli tinjora. Mhux biss huma parti integrali minn Ukranja, iżda joħolqu illużjoni falza ta’ demokrazija.”

Dawn l-elezzjonijiet qed jittellgħu f’erba’ reġjuni; Donetsk u Luhansk fil-Lvant, u Zaporizhzhia u Kherson fin-Nofsinhar. Flimkien, dawn ir-reġjuni jammontaw għal 15% tat-totalità tat-territorju Ukren.

More in Barranin