Terremot b'qawwa ta' 7.8 jolqot lit-Turkija s-Sirja u jikkawża diversi imwiet u tifrik

Ftit minuti ilu ikkonfermati aktar minn 1,200 fatalità u terremot ieħor b'qawwa ta' 7.7 

Terremot bil-qawwa ta' 7.8 fuq l-iskala Richter jolqot lit-Turkija u lis-Sirja u jikkawża numru kbir ta' fatalitajiet u tifrik.

L-aħħar rapporti qed jindikaw li dalgħodu madwar 1,200 persuna tilfet ħajjitha u mistenni li n-numru jkompli jikber. Mijiet ta' persuni għadhom qed jistennew biex jitneħħew minn qalb it-tifrik ta' bini meqrud.

L-aħħar aġġornamenti qalu li kien hemm madwar 440 persuna fit-Turkija kif ukoll 630 persuna fis-Sirja li tinsab feruta. 

Apparti minn hekk qiegħed jiġi irraportat li madwar 2,818-il binja fiż-żoni milquta, ġew meqruda. Dan it-terremot inħass ukoll mil-Libanu, mill-Israel u minn Ċipru.

Il-President Tork Recep Tayyip Erdoğan qal li dan it-terremot huw l-ikbar diżastru naturali irraportat fit-Turkija mill-1939. Dakinhar terremot bil-qawwa ta' 7.6 fuq l-Iskala Richter qatel 33,000 persuna. 

Intant ftit mumenti ilu ġie rraportat terremot ieħor fil-belt kapitali tas-Sirja, Damascus. Rapporti oħra saħqu li dan it-terremot, irreġistrat b'qawwa ta' 7.7, inħass kemmxejn minn Dohuk, Erbil u Mosul fl-Iraq. 

More in Barranin