Biden jgħid li Putin huwa 'ditattur' li għadu ma jafx x'ġej għalih

Intant, komplew l-attakki mir-Russi, bil-forzi tal-ajru issa jinżlu fil-Belt ta' Kharkiv, it-tieni l-akbar Belt Ukrena. Din il-Belt hija issa assedjata mir-Russi

Fl-aktar diskors importanti tas-sena, il-President Joe Biden iddeskriva lill-President Russu, Vladimir Putin bħala 'dittatur.'

Huwa qal dan waqt id-diskors magħruf bħala 'State of the Union' li matulu l-President Amerikan jindirizza lis-Senat u jagħti rendikont tax-xogħol tiegħu u dak li se jkun qed iwettaq.

Kif kien mistenni, Biden iddedika parti sostanzjali minn dan id-diskors biex jitkellem dwar il-kriżi fl-Ukrajna u insista li Putin 'għadu ma jafx x'inhu ġej għalih.'

Insista li r-Russja se tkun qed tiffaċċja iżolament ekonomiku u diplomatiku u ħabbar ukoll li l-Istati Uniti se tkun qed tipprojbixxi ajruplani Russi milli jtiru fl-ispazju tal-arju tagħha.

Intant, komplew l-attakki mir-Russi, bil-forzi tal-ajru issa jinżlu fil-Belt ta' Kharkiv, it-tieni l-akbar Belt Ukrena. Din il-Belt hija issa assedjata mir-Russi.

Imma l-attakki komplew anke fi Kjiv, b'missila tolqot it-torri ewlieni tat-televiżjoni u żewġ binjiet residenzjali oħra.

Jidher li sa issa, aktar minn 677,000 persuna ħarbu mill-Ukrajna, b'ħafna jaqsmu lejn il-pajjiżi ġirien, partikolarment fil-Polonja.

More in Barranin