Coronavirus | L-Istati Uniti issa b'aktar każi miċ-Ċina; Ir-rata ta' mwiet tibqa' l-ogħla fl-Italja

L-Istati Uniti sar l-ewwel pajjiż li qabeż liċ-Ċina fl-ammont ta’ każi

L-Istati Uniti issa għandha l-akbar ammont ta’ każijiet ikkonfermati ta’ coronavirus, hekk kif b’kollox, 85,500 persuna rriżultat pożittiv.

Hekk l-Istati Uniti sar l-ewwel pajjiż li qabeż liċ-Ċina fl-ammont ta’ każi.

Fil-fatt, skont l-aħħar ċifri miġbura minn Johns Hopkins University, sa issa, iċ-Ċina kellha 81,782 każ u l-Italja 80,589 każ.

Minkejja dan, ir-rata tal-imwiet fl-Amerka għadha baxxa ħafna ħdejn dik taċ-Ċina u tal-Italja.

Fiċ-Ċina, il-Coronavirus ħalla 3,291 persuna mejta filwaqt li fl-Italja kienu 8,215-il persuna li tilfu ħajjithom. 

Intant, hekk kif iċ-Ċina irreġistrat żieda fil-każijiet ġodda importati, jiġifieri dawk marbuta ma’ safar, l-ivjaġġar lejn il-pajjiż ġie pprojbit, anke jekk il-persuni li jkunu jridu jidħlu jkollhom il-visas u l-permessi ta’ residenza.

More in Barranin