Midalja tad-deheb storika għal Malta

Deheb u fidda għal Malta fit-Ten Pin Bowling

L-atleta tal-bowling, Tiziana Carannante laħqet tragward storiku għal pajjiżna, meta rebħet il-midalja tad-deheb fil-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth. 

F'dawn il-kampjonati kien hemm ukoll tieħu sehem l-atleta Sue Abela li spiċċat fit-tielet post u rebħet il-midalja tal-bronż għal pajjiżna. Fit-tieni post kien hemm Whiting tal-Awstralja.

Il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth isiru kull sentejn u huma miftuħa għal dawk il-pajjiżi kollha li jiffurmaw parti mill-Commonwealth.  Din l-edizzjoni saret f'Johannesburg, fl-Afrika t'isfel.

Normalment dawn il-kampjonati huma dominati minn pajjiżi kbar bħall-Awstralja, New Zealand, l-Ingilterra, l-Indja, l-Kanada jew il-Malasja. Madanakollu din is-sena kellha tkun Malta li tirbaħ l-midalja tad-deheb permezz ta' Caranannte.  Fil-passat Sue Abela u Joanna Attard kienu rebħu midalji tal-bronż filwaqt li Neil Sullivan kien rebaħ midalja tal-fidda.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius feraħ lil Tiziana Carannante u lil Sue Abela.

 

More in Sports