Wara Bjorn Vassallo, issa jitlaq mill-MFA Chris Bonnett

Il-viċi President Chris Bonnett imur jaħdem mal-UEFA

Wara li l-eks segretarju ġenerali tal-Malta Football Association, Bjorn Vassallo irriżenja mill-kariga tiegħu fi ħdan l-assoċjazzjoni bieximur jaħdem fl-uffiċċju tal-president tal-FIFA Gianni Infantino, issa kien imiss lil viċi president tal-MFA, Chris Bonnett.

Bonnett irriżenja mill-kariga tiegħu fl-MFA biex imur jaħdem mal-UEFA bħala Integrity Officer. B'hekk, l-MFA żgur li se titlef persuna oħra mill-aktar importanti u attiva fi ħdanha. L-eks sindku tal-Gżira kien imsemmi li kapaċi jieħu post il-President Norman Darmanin Demajo meta jiskadielu t-terminu tiegħu 'l fuq minn sentejn u nofs oħra. Chris Bonnet hu wkoll il-President tal-Inter Club Malta.

More in Sports