Bidu spettakolari fis-37 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race

112-il jott parteċipi fl-edizzjoni ta' din is-sena

ritratti: Chris Mangion
ritratti: Chris Mangion

Dalgħodu il-Port il-Kbir kien iċ-ċentru ta’ attività liema bħalha hekk kif fil-11.30am preċiż ġew sparati tiri mill-kanuni tal-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta biex ingħata bidu speattakolari għas-37 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race li hija meqjusa bħala l-iktar tellieqa importanti tal-ibburdjar li ssir f’pajjiżna u t-tielet waħda fid-dinja, bl-iktar importanti tkun dik tal-Fastnet u t-tieni waħda dik tas-Sydney to Hobart. Matul din is-sena qed jieħdu sehem 112-il jott li se jkunu qed jippruvaw jirbħu jew almenu jtemmu r-rotta ta' 608 mili nawtiċi.

Attrazzjoni partikolari għad-dilettanti kollha tal-ibburdjar u mhux biss se jkun il-jott lussuż Taljan, Mazerati li se jkun qed jesperimenta bit-teknoloġija tal-Hydro Foils li hija sistema ġdida fl-ibburdjar. L-aħħar teknoloġija se tkun ippruvata wkoll fuq il-jott tal-iskipper George David, abbord ir-rambler 88 Multihul tiegħu.

Pajjiżna qed jimmira li jikseb suċċess fl-edizzjoni ta’ din is-sena hekk kif il-flotta Maltija se terġa’ tkun b’saħħitha meta mhux inqas minn tmien jottijiet ta’ esperjenza profonda dwar din il-korsa se jerġgħu jippruvaw jirbħu r-Rolex Middle Sea Race.

More in Sports