Ġurnalisti u partitarji Ingliżi jgħidu li l-aqwa Ingliż f'Wembley kien Andrew Hogg

Il-goalkeeper Malti imwieled l-Ingilterra Andrew Hogg kien il-bniedem li żamm lill-Ingliżi li jagħmlu goleada fuq it-team Malti

Fuq Twitter partitarji Ingliżi u anke ġurnalisti qalu bla tlaqlieq li l-aqwa Ingliż fil-pitch ta' Wembley kien Andrew Hogg, il-goalkeeper Malti li twieled 31 sena ilu f'Kingston Upon Thames f'Londra. Hogg b'wirja kbira żamm ir-riżultat rispettabbli ta' telfa ta' 2-0 meta t-team Malti naqas li jieħu xi tip ta' inizjattiva u il-coach Taljan Ghedin għażel li jilgħab partita ultra difensiva. Kien hemm min xtaq li Hogg seta jilbes il-flokk Ingliż fejn kien hemm min kiteb li hu goalkeeper aħjar minn Joe Hart.

 

 

More in Sports