Rebħa għal Malta fil-Basketball

It-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa rebaħ il-Kampjonat Ewropej FIBA għall-Pajjiżi Żgħar

Rebħa kbira għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa
Rebħa kbira għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa

It-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa rebaħ il-Kampjonat Ewropej FIBA għall-Pajjiżi Żgħar 2016.

Fil-finali rebħu lill-Irlanda 67-59, wara li fis-semifinali għelbu lill-Moldova, u aktar kmieni fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni rebħu lill-Andorra u Ġibiltà.

Fl-aħħar tmien edizzjonijiet tal-istess kampjonat, it-team nazzjonali tan-nisa tela’ fuq il-podju seba’ darbiet u din hija t-tielet midalja tad-deheb wara dawk tal-2008 u l-2010.

More in Sports