Klabb Juventin Malti premjat bħala l-akbar klabb barra mill-Italja

Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ppremjat bħala l-ikbar klabb barrani 

Il-President tal-klabb, Omar Busuttil wara li ngħata l-premju għall-ikbar klabb barra mill-Italja
Il-President tal-klabb, Omar Busuttil wara li ngħata l-premju għall-ikbar klabb barra mill-Italja

Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ġie ppremjat bħala l-ikbar klabb barra mill-Italja waqt il-Club DOC Day li saret dalgħodu fil-Juventus Stadium. 

Fil-preżenza ta’ numru ta’ leġġendi ta’ Juventus, waqt laqgħa mmexxija mill-President ta’ Juventus Andrea Agnelli, kif ukoll Pavel Nedved u Mariella Scirea, rappreżentanti tal-klabb ingħataw dan ir-rikonoxximent tant prestiġġjuż. 

F’messaġġ qasir tal-okkażjoni, il-President tal-klabb Omar Busuttil irringrazzja lill-membri li mingħajrhom dan is-suċċess ma kienx ikun possibbli. Suċċess li hu sinifikanti iktar u iktar meta wieħed iqis li nkiseb biss wara erba’ snin ta’ storja tal-klabb.

More in Sports