Bjorn Vassallo elett bħala l-President il-ġdid tal-MFA

Vassallo se jkun qed iservi f'din il-kariga għall-erba' snin li ġejjin

Bjorn Vassallo għadu kif ġie elett bħala l-President il-ġdid tal-MFA.

Għal din l-elezzjoni li saret dalgħodu kien hemm 139 persuna eliġibbli li jivvutaw b'137 finalment idaħħlu l vot tagħhom.

Bjorn Vassallo ġab 83 vot. Mill-banda l-oħra, Chris Bonett kiseb 54 voti. Dan ifisser li bejn iż-żewġ kandidati kien hemm differenza ta' 29 vot.

Bjorn Vassallo huwa l-eks Segretarju Ġenerali tal-MFA u attwalment Direttur tal-FIFA.

Intant, ġew eletti wkoll it-tliet viċi-presidenti, li huma: Ludovico Micallef, Adrian Casha u Matthew Paris.

Għal din l-elezzjoni kull klabb tal-futbol lokali mill-Premier division sat-tielet diviżjoni kien intitolat għal żewġ voti, jiġifieri l-klabbs kellhom rwol importanti ħafna fid-deċiżjoni. 

Il-voti l-oħra huma assenjati lill-Assoċjazzjonijiet membri fi ħdan l-MFA.

AQRA l-intervista tal-ILLUM ma' Bjorn Vassallo.

More in Lokali