Wirja ta’ tattiċi fil-Birkirkara St Joseph Arch Criterium

It-tellieqa laqgħat 40 atleta, li rrappreżentaw klabbs taċ-ċikliżmu lokali.

Il-Birkirkara St. Joseph Sports Club, flimkien mal-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali ospita l-BSJ Arch Criterium, ġewwa Fleur-de-Lys, bħala parti mill-programmi sportivi mnedija mir-Reġjun. It-tellieqa laqgħat 40 atleta, li rrappreżentaw klabbs taċ-ċikliżmu lokali.

Il-Criterium hija tellieqa eċitanti li tikkonsisti f'diversi dawriet madwar ċirkwit magħluq. It-tellieqa laqgħet ċiklisti f'diversi gruppi, li fosthom kienu jinkludu l-Under 14s, Under 16s,  il-Juniors, l-Under23, il-Masters 40+, il-Masters 50+, Ladies u fl-aħħar nett il-Kategorija Elite. Kull kategorija kellha ħin pre-determinat, li kien ivarja minn 30 sa 60 minuta.

Minkejja l-kundizzjonijiet tat-temp sħan, it-tellieqa kienet wirja ta’ tattiċi u veloċità mid-diversi timijiet taċ-ċikliżmu li derhu jaħdmu flimkien il-ħin kollu. Il-kategorija Elite kienet eżempju perfett ta' dawn it-tattiċi li dehru mill-bidu nett tat-tellieqa ta’ 60 minuta. Ir-rebbieħ kien Alexander Smyth li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Logħob Ewropew f'Minsk.

Birkirkara St. Joseph  huwa grat għall-appoġġ tal-Kumitat tal-Kunsilli Lokali tar-Reġjun Ċentrali u l- Farsons għall-appoġġ tagħhom għal din l-inizjattiva. It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa mis-Sur Michael Fenech Adami, rappreżentant tal-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali.

Riżultati

Under 14s Irġiel u Nisa

1. - Miguel Galea (The Cyclist)

1. - Hannah Dandria (Mosta AF Sign Studio CC)

Under 16s Irġiel u Nisa

1. - Darren Sultana (Gozo CC)

1. - Kristina Spiteri (The Cyclist)

Juniors

1.  - Luke Borg  (The Cyclist)

2. – Max Zammit (Mosta AF Sign Studio CC)

3.  - Sean Enriquez (Mosta AF Sign Studio CC)

 

Under 23

1. – Isaac Spiteri (The Cyclist)

2. – Nicholas Attard Montalto (The Cyclist)

3. – Brandon Sultana (Gozo CC)

Ladies

1. – Marion Said Pullicino ((Mosta AF Sign Studio CC)

Masters 40+

1. – Mario Attard (Team Greens)

2. – Brian Rogers (Birkirkara St. Joseph Sports Club)

3. – Malcolm Cachia (The Cyclist)

Masters 50+

1. – Michael Polidano (The Cyclist)

Elite

1. – Alexander Smyth (Team MAAP Basso)

2. – Christian Formosa (The Cyclist)

3. – Pierre Borg ((Mosta AF Sign Studio CC)

More in Lokali