Nico Rosberg jirtira mill-Formula 1

Iċ-Champion dinji ħabbar dan l-irtirar mill-Formula 1 b'effett immedjat...

Iċ-Champion dinji tal-Formula 1, Nico Rosberg, ħabbar li se jirtira mill-Formula 1 b'effett immedjat.

Is-sewwieq Ġermaniż ta' 31 sena rebaħ l-ewwel titlu tiegħu nhar il-Ħadd, b'rebħa fuq il-kollega tiegħu mit-tim tal-Mercedes, Lewis Hamilton, hekk kif ġie fit-tieni post fit-tellieqa finali f'Abu Dhabi.

F'kumment li ħalla fuq facebook, Rosberg qal "Tlajt fuq il-muntanja tiegħi, Ninsab fil-quċċata, allura nħoss li sew nirtira,"

Rosberg rebaħ 9 mill-21 'grand prix' ta' dan l-istaġun, b'rebħa ta' ħames punti fuq iċ-champion Hamilton.

More in Sports