Intervista Lokali Barranin

23,000 (s'issa) Taljan lil Pelle qalgħulu l-ħ*** fuq facebook

Pelle ħsiebu biex jissettja xagħru u pprova jirridkola lill-aqwa golakeeper fid-dinja u spiċċa ridkolat hu

John Busuttil / 3 ta' Lulju 2016 11:29
Graziano Pelle, l-attakkant Taljan ta' Southampton ta' 30 sena qata figura ridikola meta qabel taha l-penalty diżastru tiegħu kontra l-iġgant Neuer tal-Ġermanja pprova jirridikolah. Iżda spiċċa ridikolat hu madwar id-dinja kollha fejn il-penalty fallut tiegħu ħareġ 'viral' madwar id-dinja wara l-mossa li għamel lil Neuer.  Il-mossa tiegħu li taparsi se jagħti penalty fuq l-istil 'Cucchiaio' ta' Totti spiċċa biex rema l-ballun barra u tellef iċ-ċans lit-Taljani li jkomplu javvanzaw għas-semi finali. Anke jekk bħalu fallew il-penalties Zaza u anke Bonucci, iżda dawn fallewhom mingħajr ħafna qżież u mossi żejda meta kienu qed jiffaċċjaw lill-aqwa goalkeeper fid-dinja. Neuer li ta' eta żgħira xeba jgħolli tazzi filwaq li Pelle li aktar ħsiebu biex ma jħabbilx xagħru, anke waqt il-partita, f'karriera li diġa waslet qrib it-tmiem tagħha qatt s'issa m'għolla tazza waħda.

Dan il-fatt ħareġ rabja sħiħa mit-Taljani fuq is-sit tiegħu tal-facebook fejn hu poġġa ritratt jissettja xagħru ġurnata qabel il-partita kontra l-Ġermanja. Dawn litteralment qalgħulu l-ħ*** kif jgħid il-Malti, fejn għajruh b'xita ta' kliem vulgari filwaqt li għajruh li jmissu jitgħallem jirispetta avversarju kbir bħal goalkeeper Ġermaniż li laħaq il-quċċata fil-Football Mondjali meta hu (Pelle) lanqas biss jaf juża saqajh fejn tidħol teknika. Kien hemm min qallu li waqt il-partita kien aktar moħħu li ma jħabbilx is-setting ta' xagħru milli jilgħab il-logħba. 

Min irid jara it-23,000 kumment u aktar li deħlin jidħol fuq dan is-sit. Il-kummenti huma kollha bit-Taljan

https://www.facebook.com/GrazianoPelle9/?fref=ts

 

 

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook