Djokovic ħassu qed jistordi bir-riħa ta' cannabis li kienet ġejja mill-pubbliku

Għalkemm rebaħ is-semi finali xorta qal li ma setax jissaporti r-riħa qawwija ta' cannabis li kien hemm fil-court

Novak Djokovic qal li tant kienet qawwija r-riħa tal-kannabis fil-court li kien hemm ħinijiet li beda jħossu jistordi waqt is-semi finali tar-Rogers Cup li hu rebaħ 6-4, 6-4. Djokovic issa jrid jilgħab il-final kontra l-Ingliż Andy Murray.

Novak ġie sfurzat li jagħmel ilment uffiċċjali lill-umpire meta ma ħassux tajjeb bir-riħa tal-cannabis. Hu mar fuq l-umpire u qallu, "xi ħadd qed ipejjep il-ħaxixa, qed inxommha u qed tistordini. Int m'intfix ixxommha għax il-court kollu mimli riħa ta' ħaxixa."

 

 

More in Sports