L-Ewropa tikkunsidra torganizza Tazza tad-Dinja għaliha

Il-Uefa b'boycott għal dak li qed jiġri fil-FIFA
 

L-Ewropa ħa tagħmel boycott tat-Tazza tad-Dinja li beħsiebha ssir fir-Russja fl-2018. Dan skont dak li l-gazzetta Ingliza The Independent qed tirrapporta, fejn qed issostni li uffiċjal tal-Uefa tkellem magħha u qal li t-timijiet Ewropej, flimkien ma xi pajjiżi tal-Amerika t'Isfel ħa jinfirdu mit-tornew uffiċjali.

Dan mistenni jħalli impatt ikrah ħafna f'għajnejn il-fans, kif ukoll l-isponsors ta' dan l-avveniment dinji tant mistenni. 

Id-deċiżjoni jidher li ħa tiġi diskussa nhar il-Ġimgħa, fejn hemm ħsieb biex issir Tazza tad-Dinja separata fl-2018, bi sforz biex Sepp Blatter jitniżżel minn president tal-FIFA. Dan wara li reġa' ġie elett fl-elezzjoni li saret nhar il-Ġimgħa li għaddiet, fil-kuntest ta' skandli li raw bosta uffiċjali tal-FIFA akkużati b'korruzzjoni.

Intant l-iskandli jkomplu hekk kif ilbieraħ fil-Paraguay Nicholas Leoz, eks kap tal-Konfederazzjoni tal-Futbol tal-Amerika t'Isfel ingħata l-arrest domiċiljari wara li ġie akkużaw li staqsa ried li jingħata titlu ta' kavallier jekk jirnexxielu jagħti l-appoġġ lill-offerta tal-Ingilterra biex tospita t-Tazza tad-Dinja tal-2018.

 

More in Sports