Verstappen Spa-ttakolari; tmien rebħiet konsekuttivi

Sergio Perez u Charles Leclerc isegwu lil Verstappen fil-Grand Prix Belġjan fi Spa

Max Verstappen jerbaħ il-Grand Prix Belġjan, fi Spa, f'dik li hi it-tmien rebħa konsekuttiva għas-sewwieq Olandiż. Huwa kkwalifika għal din it-tiġrija fl-ewwel post, iżda beda mis-sitt, wara li ġie ppenaliżżat ħames postijiet għal tibdil tal-gearbox.

Sergio Perez irnexxielu jżomm it-tieni post li beda minnu, filwaqt li Charles Leclerc niżel mill-ewwel post għat-tielet. Lewis Hamilton u George Russell ġabu l-punti għal Mercedes, hekk kif spiċċaw fir-raba’ u s-sitt post rispettivament. Fernando Alonso u Lance Stroll ta’ Aston Martin spiċċaw fil-ħames u d-disa’ post.

Oscar Piastri ta’ McLaren, li beda fil-ħames post, irtira kmieni minħabba ħsarat li kellu fil-bidu tat-tellieqa wara kolliżjoni li kellu ma’ Carlos Sainz fl-ewwel kantuniera. Sainz ta’ Ferrari wkoll ma spiċċax it-tiġrija.

Bir-rebħa ta’ Verstappen, Red Bull ikomplu fuq ir-rekord ta’ rebħiet infila hekk kif dan issa laħaq it-13-il tiġrija. B’hekk, kemm Verstappen u kemm Red Bull ikomplu jkabbru d-distakk ta’ punti enormi li għandhom fil-quċċata tal-klassifika.

Verstappen qiegħed igawdi vantaġġ ta’ 125 punt fuq is-sewwieq fit-tieni post Perez. Minn naħa l-oħra, Red Bull isibu ruħhom 256 punt fuq Mercedes.

More in Barranin