Tintlagħab l-ewwel sensiela ta' logħob mit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa

L-Ingilterra, l-Amerka, il-Ġermanja u l-Isvezja jiftħu l-kampanji rispettivi tagħhom b’rebħiet mistennija. Franza u l-Kanada sorprenduti. Amy Borges tiskorja tliet gowls

Għadha kemm tintemm l-ewwel sensiela ta’ logħob mill-fażi tal-grupp tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa li qed tintlagħab fl-Awstralja u New Zealand. Dawn kienu r-riżultati.

Minn Grupp A, l-Iżvizzera tinsab fl-ewwel post wara rebħa ta’ 2-0 kontra l-Filippini, segwita minn New Zealand wara rebħa minima ta’ 1-0 fuq in-Norveġġja.

Minn Grupp B, l-Awstralja kisbet il-punti kollha kontra l-Irlanda b’rebħa ta’ 1-0. Il-Kanada u n-Niġerja jaqsmu l-punti wara logħba li ntemmet bi skor ta’ 0-0, riżultat kemmxejn diżappuntanti għall-Kanadiżi li jokkupaw is-seba’ post fil-klassifika tal-FIFA.

Minn Grupp C, il-żewġ timijiet favoriti li jgħaddu għall-fażi li jmiss jiddominaw għalkollox l-oppożizzjoni. Il-Ġappun kisbu rebħa ta 5-0 kontra ż-Żambja, b’ħames plejers differenti jsibu x-xibka. Spanja wkoll ħadu l-punti massimi konta l-Kosta Rika wara skor ta’ 3-0.

Minn Grupp D, id-Danimarka u l-Ingilterra b’rebħiet minimi ta’ 1-0 kontra ċ-Ċina u l-Ħaiti rispettivament.

Minn Grupp E, l-Amerka, li huma l-favoriti li jgħollu t-tazza, kisbu riżultat ta’ 3-0 fuq il-Vietnam, wara doppjeta ta Sophia Smith fl-ewwel taqsima. L-Olanda tikseb riżultat ta’ 1-0 kontra l-Portugall.

Minn Grupp F, il-Brażil b’wirja dominanti kontra l-Panama, bl-iskor finali jkun ta’ 4-0 favur il-Brażiljani, b’tlieta mill-gowls ikunu skorjati minn Amy Borges. Il-Ġamajka tikseb punt sorprendenti kontra Franza, fejn il-logħba ntemmet bi skor ta’ 0-0, liema riżultat għandu jkun diżappuntanti għall-Franċiżi li huma klassifikati fil-ħames post tal-klassifika tal-FIFA.

Minn Grupp G, l-Isvezja b’rebħa ta’ 2-1 kontra l-Arġentina, filwaqt li l-Italja jagħmlu biżżejjed biex jieħdu tliet punti kontra l-Afrika t’Isfel wara skor ta’ 1-0.

Minn Grupp H, il-Ġermanja tissupera għalkollox lill-Marokk, bil-logħba tintemm bl-iskor ta’ 6-0 wara doppjetta ta’ Alexandra Popp. Il-Kolombja ukoll tieħu t-tliet punti kontra l-Korea t’Isfel, bi skor ta’ 2-0.

More in Barranin