L-iskejjel fir-Renju Unit se jibdew jiftħu mill-1 ta' Ġunju; Ġenituri mħassba

Skont stħarriġ li sar fost 250,000 ġenitur mis-sit ParentKing, 90% tal-ġenituri huwa kontra din id-deċiżjoni tal-Gvern

Id-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż li jibda jiftaħ l-iskejjel mill-1 ta’ Ġunju li ġej, jiġifieri min-nhar it-Tnejn, qajmet diskussjoni sħiħa fil-pajjiż b’diversi ġenituri ma huma kuntenti b’xejn b’din id-deċiżjoni.

Fil-fatt, il-unjins li jirrappreżentaw l-għalliema fir-Renju Unit qed jisħqu li għadu kmieni wisq u dan mhux sigur la għall-edukaturi u lanqas għat-tfal.

Jidher li ħafna ġenituri mhumiex lesti li jibagħtu lit-tfal tagħhom lura wara l-bankijiet tal-iskola. Skont stħarriġ li sar fost 250,000 ġenitur mis-sit ParentKing, 90% tal-ġenituri huwa kontra din id-deċiżjoni tal-Gvern.

Nhar it-Tnejn l-iskejjel se jiftħu għall-istudenti li għandhom ħames, sitta u għaxar snin filwaqt li kwart ta’ dawk li għandhom bejn 14 u 16-il sena mistennija jibdew mill-ġdid l-iskola f’nofs ix-xahar id-dieħel.

Minn tal-inqas 22 pajjiż Ewropew bdew jerħu r-restrizzjonijiet tagħhom fuq l-iskejjel, fosthom l-Awstrija, id-Danimarka, il-Ġermanja u anke Spanja.

Fit-18 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Edukazzjoni Franċiż żbela kif ġimgħa wara li 40,000 skola fetħu l-bibien tagħhom, kienu rrapportati 70 każ ta’ COVID-19.

F’Malta l-iskejjel se jibqgħu magħluqa, bil-Prim Ministru Robert Abela jindika li fil-ġranet li ġejjin se jkunu qed jinfetħu mill-ġdid iċ-ċentru taċ-childcare u anke Skola Sajf.

More in Barranin