Ittri Il-punt Blogs

Storja spekulattiva

Minn Chris Scicluna

Sliema

27 ta' Lulju 2014 15:21
Nirreferi għall-istorja ppubblikata fil-faċċata tal-gazzetta ILLUM ta’ nhar il-Ħadd li għadda, 20 ta’ Lulju 2014, bit-titlu “Dalwaqt id-deċiżjoni fuq CEO għall-PN” u li fiha jingħad li jiena aktarx inkun Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Niċħad dan bl-aktar mod kategoriku. L-istorja tal-gazzetta ILLUM hija waħda għal kollox spekulattiva u bla bażi.

Kien ikun aktar prudenti li kieku qabel ippubblikat l-istorja, il-gazzetta ILLUM tagħmel kuntatt miegħi biex titlobni konferma jew ċaħda u dan b’rispett lejn il-qarrejja tal-gazzetta. 

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook