Il-monument

Franco Debono jikteb dwar kif tassew it-tanker tal-gass huwa monument... għax qed ifakkar lil kulħadd f’min ħoloq il-problemi u f’min qed isolvihom...

Meta kien għaddej pipeline tal-gass tal-Eni bejn il-Libja u l-Italja u b’facilità kbira stajna ħadna fergħa bla tbatija ta’ xejn, però oħroġ il-għaġeb l-Oppożizzjoni tal-lum, (dak iż-żmien fil-Gvern) m’għamlet assolutament xejn
Meta kien għaddej pipeline tal-gass tal-Eni bejn il-Libja u l-Italja u b’facilità kbira stajna ħadna fergħa bla tbatija ta’ xejn, però oħroġ il-għaġeb l-Oppożizzjoni tal-lum, (dak iż-żmien fil-Gvern) m’għamlet assolutament xejn

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jgħid li t-tanker tal-gass li se jġib kontijiet orħos, ambjent u arja aktar nodfa u saħħa aħjar, huwa monument, tal-korruzzjoni, però. Nimxu pass, pass...

Li kieku l-Oppożizzjoni tal-lum verament kienet qed tinkwieta għas-sigurtà tar-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta, partikolarment dawk ta’ Birżebbugia u Marsaxlokk, u li kieku l-oġġezzjonijiet tal-Oppożizzjoni għat-tanker tal-gass kienu konsegwenza ta’ preokkupazzjoni ġenwina, kieku kienu jagħmlu ħafna aktar u jimxu ħafna differenti meta kienu fil-Gvern sa ftit ilu! Inkella hemm ir-riskju li l-kritika tisfa kkunsidrata bħala monument ta’ ipokrezija, opportuniżmu politiku u double standards.

Għal snin twal kellna kontroversji dwar trab iswed u inkwinament, meta suppost il-power station tal-Marsa kellha tingħalaq definittivament madwar ħamsa u għoxrin sena ilu. L-Oppożizzjoni tal-lum (dak ż-żmien fil-Gvern) kienet ħamsa u għoxrin sena tard, u l-istorja se tibqa’ tirrakkonta kif kellu jkun Ministru Laburista li finalment iddekummissjonaha din s-sena stess, ħafna snin wara l-ewwel wegħda Nazzjonalista li kienet se tingħalaq. Imbagħad tisma’ xi wħud jitkellmu fuq timeframes għall-power station il-ġdida damet ma tlestiet ftit ġimgħat aktar milli mwiegħed. Inkredibbli!  Monument ta’ trab iswed, faħam u wegħdi mhux miżmuma, timeframes li marru żmerċ bi kwart ta’ seklu.

Fil-bidu tas-snin disgħin, l-Oppożizzjoni tal-lum (dak ż-żmien fil-Gvern) bniet power station, li dak ż-żmien il-pajjiż kellu bżonnha, però saret fost protesti u kontroversji dwar jekk quddiem l-għatba ta’ residenza tal-eks Prim Ministru Duminku Mintoff kienx l-aħjar post, jew jekk dik l-għażla kinitx motivata minn element ta’ vendikazzjoni. Irriżulta riċentement li wara 20 sena u aktar, din il-power station għad m’hemm xejn imħallas minnha. Monument ta’ dejn, b’xamma qawwija ta’ vendikazzjoni.

Imbagħad f’xi żmien fl-ewwel snin tal-millenju ġdid, meta l-kuxjenza ambjentali bdiet tiżdied u ħafna pajjiżi bdew jaqilbu għal teknoloġija li taħdem bil-gass li jinkwina ħafna anqas mill-heavy fuel oil, pajjiżna kellu opportunità tad-deheb, meta kien għaddej pipeline tal-gass tal-Eni bejn l-Libja u l-Italja u b’faċilità kbira stajna ħadna fergħa bla tbatija ta’ xejn, però oħroġ il-għaġeb, l-Oppożizzjoni tal-lum (dak iż-żmien fil-Gvern) m’għamlet assolutament xejn u bqajna nibilgħu d-dħaħen densi tal-heavy fuel oil. Monument għall-inkompetenza, traskuraġni u irresponsabbiltà, jekk mhux ukoll għall-korruzzjoni meta wieħed iqis dak li rriżulta minn investigazzjonijiet tal-pulizija riċentement f’wieħed mill-akbar skandli li qatt ra dan il-pajjiż.

Irriżulta riċentament li wara 20 sena u aktar, din il-power station għad m’hemm xejn imħallas minnha. Monument ta’ dejn, b’xamma qawwija ta’ vendikazzjoni

Wara l-2008 imbagħad, l-Oppożizzjoni tal-llum (dak ż-żmien fil-Gvern, li jien kont backbencher fi ħdanu), wara li ma kien sar xejn biex il-pajjiż jipprepara għat-tekonoloġija nadifa tal-gass, ġiet biex tibni estensjoni f’Delimara, li inkredibbilment u b’nuqqas ta’ viżjoni kellha taħdem bil-HFO, u dan filwaqt li kulħadd madwar id-dinja kien qed jikkonverti għall-gass. Dan, flimkien ma’ diversi elementi tar-Riforma tal-Ġustizzja, kien wieħed mill-ewwel punti ta’ differenza li kelli mal-partit. Fid-dibattitu dwar il-BWSC fl-2010, kont kritikajt l-operat tal-Gvern kif ukoll preżentajt mozzjoni fl-2012 biex issir il-konverżjoni għall-gass. L-aġir tal-Oppożizzjoni tal-lum (dak iż-żmien fil-Gvern) kien monument għax-xamma ta’ korruzzjoni kif kien iddeskriva l-proċess l-Awditur Ġenerali fir-Rapport tiegħu meta qal li sab ħafna duħħan minkejja li ma sabx nar, b’riferenza għall-korruzzjoni.

Kont inħossni skomdu nagħmel din il-kritika llum lill-Partit li kont nimmilita fi ħdanu dak iż-żmien, kieku dak iż-żmien stess bħala deputat tal-ħames distrett li jinkludi lil Birżebbuġia u Marsaxlokk, fost insulti u tgħajjir, ma kontx kritikajt l-impjant tal-BWSC, u sejjaħt biex isiru dawn it-tibdiliet inkluż il-konversjoni għall-gass kif ukoll li titneħħa l-ħażna ta’ fuel magħrufa bħala tax-Shell f’Birżebbuġa, pass ieħor li issa se jsir dalwaqt. Monument għal konsistenza.

Fl-istess żmien, meta l-prezz taż-żejt kien nieżel, u konsegwenza ta’ nuqqas ta’ strateġija jew viżjoni fis-settur tal-Enerġija għal snin twal, l-Oppożizzjoni tal-lum (dak iż-żmien fil-Gvern, tgħolli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li kissru familji u negozji u ħallewhom bla nifs, filwaqt li b’guffaġni u insensittività assoluta, il-Kap tal-partit tal-Oppożizzjoni (dak ż-żmien fil-Gvern) jgħajjat fil-Parlament li kien se jivvota biex jogħlew il-kontijiet bil-qalb. Monument għall-insensittività u arroganza.

Għandu raġun il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li t-tanker huwa monument – monument għal dawn in-nuqqasijiet gravi kollha li semmejt. U bħallikieku ma kienx biżżejjed, kif appena l-Gvern Laburista wara l-2013 medd għonqu għax-xogħol, ġab l-Enemalta fuq saqajha permezz ta’ investiment miljunarju miċ-Ċina, u beda ħidma sfiqa biex mill-aktar fis issir il- konverżjoni għall-gass, l-Oppożizzjoni, minflok irrikonoxxiet in-nuqqasijiet tagħha meta kienet fil-Gvern u kkoperat, imbarkat fuq waħda mill-aktar kampanji militianti u aggressivi ta’ misinformazzjoni u tixwix li qatt ra dan il-pajjiż. - Monument għall-firda, militantiżmu, sentiment divisiv u tixwix.

Tassew li dak it-tanker monument, għax qed ifakkar lil kulħadd f’min ħoloq il-problemi u f’min qed isolvihom

Immedjatament wara l-2013, dawn il-problemi serji akkumulati fuq medda twila ta’ snin bdew jissolvew minnufih u m’għandix għalfejn nidħol fid-dettal ta’ fatti li qed ngħixu fil-preżent bħar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u t-tmiem tal-HFO, fuel li jħammeġ u jmarrad, u l-konverżjoni għal-LNG, li jinkwina ħafna anqas, kif ukoll it-tneħħija tal-ħażna tal-fuel magħrufa bħala tax-Shell mill-qalba ta’ Birżebbuġia.

Dan kollu nbidel wara li f’Marzu 2013 għax saret konversjoni politika, min kien fil-Gvern jakkumula dawn il-problemi, mar fl-Oppożizzjoni – monument għad-demokrazija.

Tassew li dak it-tanker monument – ifakkar lil kulħadd f’min ħoloq il-problemi u f’min qed isolvihom. Sadanittant diġà tħabbar li bdew ix-xogħlijiet fuq pipeline tal-gass ma' Sqallija...monument jew le, it-tanker temporanju...

Franco Debono huwa Kummissarju għal-Liġijiet u konsulent tal-Prim Ministru fir-Riforma tal-Ġustizzja

More in Blogs