Oroskopju | Il-Qamar Ġdid għaż-żodjaku ta’ Aquarius

X'ġimgħa għandek tistenna. Jgħidlek astrologu u awtur PaulJon.

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                                 

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se jkun dak il-mument li l-karriera tiegħek sejra tieħu direzzjoni ġdida, direzzjoni ta’ aktar stabbiltà hekk kif se tagħraf kemm qiegħda tavvanza ’l quddiem. Dejjem żomm il-bilanċ! Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo. Namaste. 

Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                                           

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Taurus se jkun mument sabiex tagħraf li dak li sa issa int għaraft tkattar fil-karriera tiegħek, għandek bżonn tagħtih aktar attenzjoni profonda u ma toqgħodx titlef ħin fi ħsibijiet oħra. Irrifletti. Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Cancer. Namaste.   

Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                                    

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Cancer se jkun  mument ta’ riflessjoni profonda dwar dak kollu li int qed tesperjenza fil-preżent. Grazzi għal din l-esperjenza se tkun tista’ tagħraf x’inhu l-aħjar pass li għandek twettaq. Dan għandek twettqu b’għaqal. Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aries. Namaste.  

Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                                              

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aquarius, Libra se jkun mument li jagħmlek tagħraf aħjar x’inhu vera utli għalik. B’hekk tagħraf il-bżonn li minn issa tibda ttejjeb id-deċiżjonijiet li tkun qed tieħu sabiex tkattar il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik. Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Pisces. Namaste. 

Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                                            

F’dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Sagittarius se jkun dak il-mument fejn trid tagħraf iżżomm kontroll dwar it-tfassil ġdid li qed tħejji għalih. Minn issa trid tagħraf iżżomm ċertu bilanċ f'dak li twettaq biex dan it-tkattir jimxi parallel mat-tkomplija ta’ ħajtek. Iż-żodjaku bl-aktar aspett pożittiv ġej minn Aquarius. Namaste. 

More in Oroskopju