Oroskopju| Bidu tal-għaxar żodjaku

Aquarius mill-Ħadd 21 ta’ Jannar sas-Sibt 27 ta’ Jannar  

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se tkun ġimgħa li issa int trid tiffoka fejn tixtieq tmur. Għandek ċans sabiħ li waqt li qegħdin fil-fażi taż-żodjaku tiegħek taħtaf din l-opportunità u b’hekk tkun f’qagħda soda u stabbli. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo. Namaste. 

Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Taurus se tkun ġimgħa li tagħraf id-direzzjoni formali tiegħek. Issa wasalt f’dak il-mument li ma tistax tibqa’ f’salib it-toroq iżda trid tagħraf dik il-vera direzzjoni ideali għalik. B’hekk int tista’ titkattar. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Namaste. 

Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li tagħraf l-aħjar tibdil li hemm bżonn jitwettaq issa. Taf li sabiex tasal fejn verament tixtieq, hemm bżonn ċertu tibdil. Għalhekk tibżax minn dan. Wettaq it-tibdil meħtieġ u kompli miexi. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Gemini. Namaste. 

Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Libra se tkun ġimgħa li se tkompli miexi fuq dak li issa għaraft li huwa sinifikanti għalik. Issa qbadt ma’ din id-direzzjoni sabiex b’hekk tkun aktar iffokat lejn dawk il-miri li għandek f’moħħok li tixtieq twettaq. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aquarius. Namaste. 

Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

F’dan il-bidu tal-għaxar żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li tagħraf kemm qed tkun pożizzjoni tajba l-ħidma li bdejt ftit ta’ ġimgħat ilu. Issa tista’ tagħraf jekk din il-bidla fil-karriera tiegħek kinitx waħda lejn it-tajjeb. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Capricorn. Namaste.  

Jekk tkun trid iżjed informazzjoni tista’ taqra l-pubblikazzjoni tiegħi “L-Oroskopju minn PaulJon”, tibgħat SMS fuq 7949 5804 jew 9901 3600, jew iżżur is-sit www.pauljon13.com. Namaste. 

More in Oroskopju