L-Oroskopju għal ħames żodjaki

L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon mill-Ħadd 14 ta’ Jannar sas-Sibt 20 ta’ Jannar  

L-Oroskopju għal ħames żodjaki mill-Ħadd 14 ta’ Jannar sas-Sibt 20 ta’ Jannar  

Capricorn, mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’din il-ġimgħa ta’ żodjaku ta’ Capricorn, għalik, l-istess Capricorn se tkun ġimgħa li trid tadatta lilek innifsek aħjar minn dak li kont. Issa taf li ma tistax timxi jekk int mhux se tagħraf tadatta għal dak li ksibt. Dan huwa bidu lejn tkattir. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste. 

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’din il-ġimgħa ta’ żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Aquarius se tkun ġimgħa ta’ riflessjoni profonda bejn dak li esperjenzajt fil-passat għal dak li se tesperjenza fil-ġimgħat li ġejjin. Tajjeb li twettaq dan sabiex issa l-ħajja tiegħek ma tirrepetix l-istess żbalji u hekk tikseb dik l-istabbiltà meħtieġa. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste. 

Taurus, mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’din il-ġimgħa ta’ żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Taurus se tkun ġimgħa li tagħraf kif se tikkontrolla l-infiq li għaddej minnu. Taf li bħalissa qed titlef il-kontroll tal-finanzi, għalhekk għandek tieħu pawsa u tagħmel analiżi ta’ kif tikkontrolla aħjar l-infiq tiegħek. B’hekk tevita konsegwenzi. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’din il-ġimgħa ta’ żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Gemini se tkun ġimgħa li tagħraf tippjana b’aktar dettall il-ħin tiegħek. Minħabba li żidt l-impenji tiegħek, kellek tnaqqas mill-ħin personali li kont twettaq qabel mil-lat ta’ eżerċizzji u familja. Għalhekk agħraf wettaq skeda kif tista’ terġa’ tadatta u tibbilanċja l-ħin ħa tlaħħaq ma’ kollox. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Namaste.  

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                                     

F’din il-ġimgħa ta’ żodjaku ta’ Capricorn, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li tagħraf kemm verament l-imħabba tiegħek hi waħda profonda. Dan żgur se jħalli impatt fuq relazzjoni preżenti li għandek. Għalhekk, waqt li int se tkun għaddej minn din il-fażi, agħraf wettaq biss dak li tħoss ġo fik u mhux oltre. Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste. 

Jekk tkun trid iżjed informazzjoni dwar is-suġġett tista’ taqra l-pubblikazzjoni tiegħi “L-Oroskopju minn PaulJon” jew tibgħat SMS fuq 7949 5804 / 9901 3600 jew żur is-sit www.pauljon13.com.  

Namaste. 

 

Seba’ vouchers ta’ 7€ għalik 

L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon. 

L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf għand Free Fitness Class ma’ Graziella Miruzzi. 

Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna.                                                                                                                                                                                                           Astrologu u awtur                                                                                                      

More in Oroskopju