Oroskopju | Il-Qmura fir-raba’ żodjaku ta’ Cancer

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista u l-Awtur Paul Jon mill-25 ta' Ġunju sal-1 ta' Lulju 

Il-kalendarju żodjaku 2023-2024 wasal fl-ewwel kwart tiegħu fejn esperjenzajna ż-żodjaki ta’ Aries,Taurus, Gemini u fil-preżent qegħdin nesperjenzaw ir-raba’ żodjaku ta’ Cancer fejn ukoll se nkunu qegħdin nesperjenzaw kemm l-ewwel erba’ qmura kwinti kif ukoll erba’ new moons.  

F’dan l-artiklu is-suġġett prinċipali huwa l-qmura waqt ir-raba’ żodjaku ta’ Cancer biex naraw il-benefiċċji li joffru dawn iż-żewġ qmura kemm il-qamar kwinta kif ukoll in-new moon. 

It-Tnejn 3 ta’ Lulju se nesperjenzaw ir-raba' qamar kwinta għal dan il-kalendarju żodjaku fejn il-benefiċċji prinċipali huma li jagħtik kontroll aħjar fuq emozzjonijiet tiegħek u dan minħabba li ż-żodjaku ta’ Cancer huwa magħruf għas-sensittività tiegħu u barra minn hekk jagħtik aktar motivazzjoni lejn dawk il-miri prinċipali u jagħtik kontroll ta’ dawk il-burdati li sfortunatament jistaw iffixkluk milli tilħaq l-għanijiet prinċipali fost oħrajn.  

It-Tnejn 17 ta’ Lulju se nesperjenzaw ir-raba’ new moon f’dan il-kalendarju żodjaku fejn il-benefiċċji prinċipali huma li; Jagħtik dik il-kreattività biex int tkun aktar kreattiv fil-miri tiegħek, joffrilek għarfien profond biex int tkun kapaċi tifhem aħjar dak li int tkun tixtieq twettaq u jekk int qiegħed f’xi forma ta’ relazzjoni, se tħoss aktar impenn lejn tkattir u motivazzjoni fl-imħabba tiegħek biex dejjem inżommu l-bogħod minn nasba tal-monotonija. 

Tajjeb tkun taf li jekk int tkun trid iżjed informazzjoni dwar is-suġġet ta’ dan l-artiklu, kull ma’ għandek tagħmel huwa li tibgħat sms fuq 79495804/99013600, jew fil-paġna ta’ facebook PaulJon13 jew inkella billi taqra l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi, 'L-Oroskopju minn PaulJon.'  

In-New Moon taż-Żodjaku ta Cancer, mill-25 ta’ Ġunju sal-1 ta’ Lulju  

Aries mill-21 ta Marzu sad-19 ta April 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Aries, se jagħmlek tgħaraf li m'intiex tilħaq l-aspettativa li int ikkomettejt ruħek għaliha.  Ovvjament dan jista’ jkun ta’ inkwiet madwarek imma jekk minn issa int tibda tqassam aħjar l-iskeda tiegħek, int żgur se terġa' taqbad dik l-istabbiltà tant bżonjuża għalik. Għaraf sew dan.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.  
  • Aries huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste. 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Taurus, se jagħmlek tgħaraf li għandek il-bżonn li tkun aktar paċenzjuż. Int trid tgħaraf iżomm din il-paċenzja tant meħtieġa f’dan il-preżent biex tkompli titkattar, iżda jekk int ħa titlef il-paċenzja dan jaf joħloq sitwazzjonijiet ikkumplikati li żġur mhux il-waqt tajjeb għalik. Analizza. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Taurus huma magħrufin għas sensittivita’ tagħhom. Namaste. 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Gemini, se jwasslek biex tgħaraf aktar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li qiegħed tesperjenza.  Bħalissa żġur qiegħed tħoss li wasalt f'mument fejn trid tgħaraf tkun aktar iffokat biex b'hekk tkun tista’ tieħu dawk id-deċiżjonijiet ideali għal dik l-istabbiltà meħtieġa. Irrifletti.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. 
  • Gemini huma magħrufin għal gwida li jafu joffru. Namaste.

 Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik l-istess Cancer, se jkun il-waqt li tfittex aktar spazju għalik innifsek. Dan huwa meħtieġ biex int tkun tista’ tibda taħseb aħjar. Dan huwa l-mument fejn int trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjonijiet li taf li llum jew għada trid tittieħed deċiżjoni dwarhom. Għalhekk fittex l-aħjar ħin għal dan. Analizza.     

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste.  

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Leo, se jkun dak il-waqt li ttejjeb l-enerġija ta’ madwarek biex int tkun tista’ tgħaraf tkun aktar organizzat u b'hekk meta int tgħaraf li issa int ilħaqt il-mira tiegħek fl-organizazzjoni tkun tista’ toħloq dik l-iskeda ideali sabiex kollox ikun ibbilanċjat. Irrifletti.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.  
  • Leo huma magħrufin għal abbilta u t-twemmin fihom infushom. Namaste. 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Virgo, se jagħmlek tgħaraf li riesaq dak il-mument għal għarfien ta’ ċerta deċiżjonijiet profondi. Għalhekk importanti li int ikollok dak it-twemmin ġewwa fik sabiex dak li int sejjer twettaq huwa biss għal ġid tal-futur tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. 
  • Virgo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Libra, se jkun mument fil-ħajja tiegħek fejn sejjer jagħmlek aktar matur u tgħaraf aktar dik ir-responsabbiltà ta’ dak kollhu li hemm madwarek. Huwa mument li ser jagħmlek tgħaraf tippjana b'anqas tfixkil. Taqtax qalbek minn dan, iżda ħares biss lejn il-ġejjini tiegħek.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. 
  • Libra huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste.   

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Scorpio, se jagħmlek tgħaraf aktar dak li tixtieq twettaq. Grazzi għal dan int se tgħaraf aktar l-abbiltà li int tipposeddi ġewwa fik u hekk ser tkun tista’ tanalizza aħjar dawk l-opportunitajiet li resqin lejk. Għalhekk kun aktar iffokat.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 
  • Scorpio huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste.   

Sagitarrius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Sagittarius, se jkun mument ta’ rifflessjoni profonda dwar pjanar kif ukoll ta’ għarfien lejn dawk id-deċiżjonijiet li se jkun hemm bżonn jittieħdu. Għalhekk int trid tkun aktar imħejji minn qatt qabel għal dak li riesaq lejk sabiex kollox jitwettaq kif suppost. Analizza. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.   
  • Sagittarius huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste. 

 Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Capricorn, se jagħmlek tgħaraf aktar kif il-karriera li int għandek fil-preżent tista’ tkompli tespandi fit-tkattir tagħha. Ovvjament bħal dejjem int trid tibqa' kawt għal dak li xi kultant se jkun qiegħed jinqala' kontra tiegħek. Dan għalik jaf ikun forma ta’ eżami. Żomm lilek innifsek iffokat.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 
  • Capricorn huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste.     

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar   

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Aquarius, se jagħmlek tanalizza aħjar għaliex qiegħed tara l-affarijiet bil kontra u x’inhu dak li qiegħed jikkawżalek dik it- tensjoni madwarek. Għalhekk trid tgħaraf iżomm lilek innifsek pożittiv u jekk tagħmel hekk din il-fażi tgħaddi fi żmien qasir. Għalhekk emmen aktar fik innifsek u analizza sew. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.  
  • Aquarius huma magħrufin għat twebbis ta’ rashom. Namaste.   

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Cancer, għalik Pisces, se jagħmlek tgħaraf tkun aktar deċiż dwar dak li hemm bżonn li jibda jitwettaq.  Dan huwa importanti ħafna għalik aktar u aktar meta l-ħajja ta’ madwarek se tibda tieħu forma differenti minn dak li int għandek bħalissa.  Wettaq analiżi profonda.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.  
  • Pisces huma magħrufin għal immaġinazzjoni tagħhom. Namaste.  

More in Oroskopju