Oroskopju | PaulJon iwassal il-ħames pubblikazzjoni (2)

L-Orosopju mwassal mill-astroloġista u l-awtur Paul Jon mill-Ħadd 11 ta' Ġunju sas-Sibt 17 ta' Ġunju 

IKOMPLI: Forsi ħafna minnkom tistaqsu għaliex din id-darba ktibt dan il-ktieb bil-lingwa Maltija minflok bil-lingwa Ingliża kif wettaqt is-sena l-oħra. F’din il-pubblikazzjoni se ssibu l-gwida tal-oroskopju xahar b’xahar flimkien ma’ analiżi dwar il-fażijiet kemm tal-qamar kwinta kif ukoll fil-fażi tan-new moon. Issib ukoll dak il-parir partikolari dwar kull żodjaku, wkoll l-aktar ġranet  u ġranet ideali u dawk li mhux ideali, l-aktar dati pożittivi f’dak ix-xahar partikolari, l-kristalla ideali u dak li jissejjaħ 'cleansing' u meta dan tista’ tatwah. 

Ikkombinati ma’ kull xahar issibu l-informazzjoni dwar persuni famużi li jiċċelebraw għeluq snienhom miegħek inkluż dawk li m'għadhomx magħna. 

Dan il-ktieb jirrikjedi ħafna ħin ta’ meditazzjonjiet profondi biex tkun tista’ twassal dik il-gwida żodjaka profonda għal kull żodjaku u hekk meta jitlesta tkun tista’ tgħaraf kemm verament huwa ktieb informattiv kemm għal dawk li jħobbu l-oroskopju u għal dawk li jħobbu l-astroloġija. 

L-Oroskopju minn PaulJon, jista’ jagħtik dik id-direzzjoni ta’ gwida li tkun tixtieq. Jekk int tixtieq aktar informazzjoni kull ma għandek tagħmel huwa li tibgħatli sms fuq 79495804 / 99013600 jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com. Namaste. 

L-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Gemini

Aries mill-21 ta Marzu sad-19 ta April   

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Aries, mhux se tħossok kuntent għal kollox, speċjajlment b'dak li int qiegħed tesperjenza bħalissa. Waqt li minn barra qiegħed turi li kollox jinsab sew u tinsab kuntent, minn ġewwa s-sitwazzjoni hija ferm l-oppost. Għalhekk issa hemm bżonn li tieqaf u tirriffletti dwar li vera tixtieq twettaq. Irriffletti. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Aquamarine. 
  • Aries huma magħrufin li jservu ta’ pont. Namaste. 

Taurus mill-20 ta April sal-20 ta Mejju  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Taurus, int trid tgħaraf li għadu mhux il-mument opportun sabiex is-sitwazzjoni ta’ madwarek tkun waħda kompluta kif finalment int tixtieqa. Minħabba xi ntoppi li għad hemm iduru madwarek għalissa għad trid tkompli tissaħħaħ u tiffoka sabiex meta jingħelbu dawn l-intoppi, minn hemm ikun il-waqt sabiex tkattar kollox. Analizza sew. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Moonstone. 
  • Taurus huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik l-istess Gemini, se jagħmlek iffukat aktar lejn dawk is-sitwazzjonijiet ġodda li int qiegħed tesperjenza fil-preżent u dan ovvjament biex int tkun tista’ tgħaraf iżjed kif se tkompli tavvanza. Għalhekk dan huwa l-mument fejn int trid tgħaraf tuża aktar moħħok sabiex tħares 'il quddiem b’aktar ħeġġa, għaqal u determinazzjoni. Irriffletti.   

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi s-Sapphire. 
  • Gemini huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste. 

 Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Cancer, se jpoġġik f’qagħda li trid tikkumbatti aktar mis-soltu biex ċertu pjanijet li int kellek ma’ jitħarbtux. Għalhekk huwa importanti li waqt li tara kif bl-aktar mod intelliġenti tiegħek int kapaċi tegħleb dan l-ostaklu biex b'hekk int tibqa għaddej. Aħtaf dan il-mument biex tgħaraf tisaħħaħ aktar. Analizza sew.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Amethyst. 
  • Cancer huma magħrufin għal ispontanjetà tagħhom. Namaste. 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Leo, se joffrilek dak il-mument biex twettaq eżerċizzju ta’ għarfien ta’ ġenwinità f’dawk li huma viċin tiegħek u li vera tista’ tafda u b’hekk dak li hemm maħsub fik ikun jista’ jitwettaq b’aktar serenità u serħan tal-moħħ. Wettaq rifflessjoni profonda.   

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi r-Rose Quartz. 
  • Leo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste.  

Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta’ Settembru  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Virgo, se jurik li int ma tistax tibqa' bħal qisek għadek marbut mal-passat. Int trid tara kif dan il-passat li sfortunatament huwa imwaħħal miegħek ikun mitmum sabiex b’hekk int tkompli titkattar u tisaħħaħ lejn dawk l-opportunitajiet sbieħ li hemm resqin lejk. Għalhekk tajjeb li twettaq rifflessjoni profonda. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi t-Topaz. 
  • Virgo huma magħrufin għal abbilta’ u t-twemmin fihom infushom. Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Libra, se jkun dak il-perjodu fejn int trid twettaq analiżi profonda f’dawk l-aktar sitwazzjonijiet meħtieġa. Int trid tgħaraf tagħmel ftit mumenti sabiex tara x'hemm bżonn isir madwarek sabiex b’dan int tkun kapaċi tkompi tħares lejn futur aktar stabbli. Huwa ferm importanti li int twettaq dan għal dak it-tkattir li hemm riesaq lejk. Analizza.

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Opal. 
  • Libra huma magħrufin għal attenzjoni li huma jagħtu. Namaste. 

 Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Scorpio, huwa mument ta’ rifflessjoni profonda kemm dwar il-ħajja tiegħek personali kif ukoll fil-madwar tiegħek.  Għalkemm din ir-rifflessjoni se tagħmlek tħossok bħal qisek qiegħed maqbud bejn żewġ toroq, l-importanti huwa li int tgħaraf fejn int verament tixtieq tasal sabiex b'hekk tkun tista’ tibni aħjar lilek innifsek. Irriffletti. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi r-Ruby. 
  • Scorpio huma magħrufin għal istabbilta’ tagħhom. Namaste. 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini, għalik Sagittarius, se jkun żmien tajjeb ħafna għalik sabiex tibda titranġa dawk l-intoppi li qegħdin ikunu forma ta’ tfixkil. Hemm bżonn li int tgħaraf iż-żomm bilanċ aħjar fil-madwar tiegħek.  Għalhekk dan huwa l-aħjar mument li int tista’ tgħaraf il-vera direzzjoni ideali fit-twettieq li tixtieq. Analizza.   

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Jade. 
  • Sagittarius huma magħrufin għal flessibilta’ tagħhom. Namaste. 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Capricorn se ġġiegħlek tħoss li int trid tħejji skeda ġdida sabiex tibda twettaq tibdil madwarek. Żgur li waħda mit-tibdil hi li int trid issib aktar spazju għalik innifsek sabiex tkun tista’ tirrilassa, tirriffletti u tgħaraf aktar lilek innifsek. Dan huwa dak il-mument li ser jagħtik dak id-dawl lejn dawk id-direzzjonijiet li int vera tixtieq. Irriffletti. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi l-Pearl. 
  • Capricorn huma magħrufin għal abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Aquarius se jagħmlek aktar iffokat u kuraġġuż għal dak li issa int trid tiddeċiedi f'dawn il-ġranet li ġejjin. Deċiżjonijiet li żgur se jbidlu l-mod ta’ kif kont tqassam il-ġurnata. Għalhekk tajjeb li tħejji aħjar lilek innifsek sabiex dak li int ser tiddeċidi jkun biss dak li lilek jagħtik dak li vera tixtieq. Analizza b’għaqal. 

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi s-Sunstone. 
  • Aquarius huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom. Namaste. 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu  

F’din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta’ Gemini għalik Pisces se tkun rifflessjoni profonda dwar il-karriera kemm dik preżenti kif ukoll dwar dak li int qiegħed tistenna fil-futur qarib.  Dan huwa mument fejn issa trid tgħaraf jekk tkomplix tespandi aktar sabiex minn issa tibda tagħti aktar attenzjoni lejn il-ħidma tiegħek.  Dan żgur se jkompli jsaħħek għal dawk l-opportunitajiet fil-futur tiegħek. Analizza b’għaqal.  

  • L-aktar kristalla ideali għalik bħalissa hi t-Turquoise. 
  • Pisces huma magħrufin kemm huma umli. Namaste.        

More in Oroskopju