X’hemm għalik din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta’ Sagittarius?

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 4 ta' Diċembru sas-Sibt 10 ta' Diċembru

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                             

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Aries ser tkun ġimgħa li tagħmlek tirrifletti aktar dwar x’hemm l-aktar meħtieġ għalik.  Huwa mportanti li int twettaq dak li huwa vera bżonjuż għalik sabiex b’hekk int tgħaraf aktar lilek innifsek għal dawk is-sitwazzjonijiet li hemm resqin lejk.  Analizza sew.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                    

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Taurus ser tkun ġimgħa ta’ jekk għandekx tnaqqas ftit minn dak li hemm madwarek.  Dan it-tnaqqis ser ikun tajjeb jekk int finalment twettqu sabiex il-ħin tiegħek ikun użat aħjar biex int tista’ tibda twettaq aktar ħin ta’ rilassament.  Wettaq rifflessjoni.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Cancer.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                            

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Gemini ser tkun ġimgħa fejn int trid tgħaraf tippjana aħjar it-tqassim tal-ħidma tiegħek sabiex b’hekk int tkun kapaċi tagħti aktar attenzjoni kif tista’ tmexxi aħjar dawk l-idejat tiegħek u li int dejjem kapaċi toħloq sitwazzjonjiet ġodda. Għaraf biss li aktar ma tqassam aktar tkattar l-istabbilta’ tiegħek.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                          

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Cancer ser tkun il-ġimgħa ta’ għarfien bejn dak li esperjenzajt fl-imħabba fil-passat ma’ dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent.  Dan ikun tajjeb għalik sabiex dawk il-ħsibjiet li għandek iduru madwarek ikunu megħluba u b’hekk imħabbtek tkun aktar iffokata.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                            

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Leo ser tkun ġimgħa li twettaq eżerċizzju ta’ bilanċ fl- infieq tiegħek, hekk kif dan l-aħħar bdejd tkun ħosbien dwar il-finanzi tiegħek u meta issa baqa’ ftit ġimgħat lejn tmiem is-sena tajjeb li twettaq analiżi tal-infieq sabiex it-temm sena finanzjarjament aktar stabbli.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Taurus.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Namaste.  

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                            

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Virgo ser tkun ġimgħa ta’ tħejija għal dak li huwa tajjeb li ż-żomm u dak li mhux tajjeb.  Tħejija dwar kif ser tagħmel skeda aħjar sabiex tgħaraf aktar x’hemm li  huwa l-aktar utili għal l-istabbilta’ aktar effiċjenti għalik.  Għakhekk analizza.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aquarius.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi il Pearl. Namaste. 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                           

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Libra ser tkun ġimgħa li tqatta aktar ħin mal-familja u anke ma’ xi ħbieb.  Dan ikun tajjeb għalik sabiex tnaqqas ftit mill pressjoni li kibret dan l-aħħar.  Pressjoni li telfitek minn ħin ibbilanċjat u għalhekk ieqaf ftit u erġa wettaq rifflessjoni.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                                         

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Scorpio ser tkun ġimgħa fejn issa li kellek għarfien dwar saħħtek trid tħejji sew il-mod kif tiekol.  Dan ser ikun importanti għalik għaż-żmien li ġej.  Bis- saħħa ta’ dawn ir-riżultati issa għandek tgħaraf aħjar tqassam l-ikliet tiegħek.  Għalhekk għaraf sew.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Capricorn.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                             

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik l-istess Sagittarius ser tkun ġimgħa li tkompli titkattar hekk kif int bħalissa qiegħed tgawdi mill l-istess żodjaku tiegħek.  Għaraf kompli qassam il-madwar tiegħek sabiex f’din il-fażi int tgħaraf tissaħaħ għal kumplament ta’ dak kollu li jkun hemm imhejji għalik.  Analizza.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Gemini.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                          

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Capricorn ser tkun ġimgħa li ma tħalliex il-ħsibijiet tiegħek ikomplu jkunu d-dominati minn dak li int esperjenzajt fil-passat.  Għaraf biss dak li huwa utili mill passat għax issa wasal iż-żmien li tibda’ tiffoka lejn il-futur sabieħ li hemm lest għalik.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst. Namaste. 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                   

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Aquarius ser tkun ġimgħa li żomm lilek innifsek aktar kawt minn dak li int kont qiegħed tkun dan l-aħħar.  Taf li bl-agressjoni qiegħed titlef ċerta ħbiberiji u għalhekk għandek tkun aktar int.  Il-pressjoni trid tgħarf issib kontroll tagħha sabiex din ma tikkawżalekx kumplikazzjonijiet.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone.Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                      

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Sagittarius għalik Pisces ser tkun ġimgħa li hemm bżonn twettaq ċertu tibdil mill mod kif int kont miexi fih.  Grazzi għal dan it-tibdil int ser tara’ kemm ser tkun aktar flessibli fil-ħidma tiegħek u aktar frisk dwar idejat ġodda.  Analizza.

  • Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius.
  • Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste. 

More in Oroskopju