L-aħħar oroskopju ta’ dan il-kalendarju żodijaku

Imwassal lilkom minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Aquarius ser jipprovdilek li trid tagħraf tkun ċar dwar x’vera trid fil-ħajja ta’ madwarek. Li tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn. Agħraf dan il-mument sabiex tasal lejn direzzjoni aċċettabbli f’dak li taspira. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Capricorn. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 15, 17, 19 u 21. Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Pisces ser ikun żmien ta’ riflessjoni. Wasal il-mument ta’ rtokki personali. Dawn għandhom iservuk sabiex tkompli tikber u tissaħħaħ. Agħraf aktar ħalli dejjem tkun aktar stabbli f’dak li tkun trid twettaq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Sagittarius. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 16, 17, 19 u 20. Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Aries ser ikun mument ta’ konċentrazzjoni fejn ittejjeb il-madwar tiegħek. Ara x’hemm bżonn u x’inhu vijabbli għalik u dak li mhux naqqsu. Sib aktar bilanċ fil-ħajja personali u l-madwar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Scorpio. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 15, 16,18 u 19. Namaste

Taurus mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Taurus ser ikun żmien ta’ sfida sabiex tagħraf il-valur ta’ madwarek. Għandek iċ-ċans kollu sabiex tirranġa u tagħraf kemm tista’ fl-aħjar fil-ħajja tiegħek u għal dak li dieħel għalih. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Libra. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 15, 18, 20 u 21. Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Gemini  ser ikun dak iż-żmien li ser tagħraf aktar ħajtek, dak li ilek ma tkun iffokat fuqu. Dan huwa żmien ta’ motivazzjoni sabiex tikber u tissaħħaħ għall-pjanijiet. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Virgo. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 16, 18, 19 u 21. Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Cancer ser ikun dak iż-żmien ta’ deċiżjoni ta’ bidla madwarek. Ser issib bibien li qabel kienu magħluqin u tara kemm inti kapaċi tibni karriera mmexxija minnek. Ħbieb tal-passat jaf ikunu ta’ kuraġġ għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Aries. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 15, 16, 19 u 20. Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Leo ser ikun żmien li jagħtik dik il-fortuna li tant tixtieq u li naqset minn madwarek sabiex tagħraf aktar tmexxi lilek innifsek lejn dak li huwa verament bżonn għal ħajtek. Agħraf dan sabiex tkabbar il-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Cancer. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 16, 18, 19 u 21. Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Virgo ser jipprovdilek li tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din ma tikkawżalekx problemi iżda tagħraf tkun aktar pożittiv għalik u hekk int tkun tista’ tibqa’ miexi b’ċertu serenità u determinazzjoni. Agħraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Leo. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 15,16, 19 u 2. Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Libra ser tipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek sabiex tnaqqas mill-pressjoni tal-ħidma li int involut fiha fil-preżent. Hemm bżonn li issa turi aktar il-kapaċità tiegħek f’dan il-mument sabiex tkompli tavvanza. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Gemini. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 16, 17, 19 u 20. Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Scorpio ser jipprovdilek sfida fil-ħajja ta’ madwarek sabiex tagħraf hux vijabbli li timxi ma’ dak li għandek madwarek. Trid  tagħraf ir-responsabbilità tiegħek biex tikkontrolla dak li jseħħ. Dan huwa mument ta’ fokazzjoni għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Taurus. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 15, 17, 18 u 2. Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Sagittarius ser ikun żmien ta’ bilanċ fil-madwar tiegħek bejn dak li esperjenzajt fil-passat għal dak tal-preżent. Issa huwa dak il-mument li trid tagħraf iżjed tmexxi lilek innifsek għal dawk l-opportunitajiet li għandek resqin lejk. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Pisces. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 16, 17,19 u 21. Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

L-aħħar żodijaku ta’ dan il-kalendarju għal  Capricorn ser iservi ta’ pont bejn dak kollu li hemm madwarek u meta dan twettqu se tagħraf kemm il-ħajja madwarek fiha aktar valur ta’ aspirazzjoni għal dak li hemm imħejji għalik. Aħtaf dan il-mument sabiex tkattar aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla li se toffrilek direzzjoni ġejja minn Aquarius. Id-dati ideali għal din il-ġimgħa huma: 15, 17, 18 u 20. Namaste

More in Oroskopju